SEJJAĦTLI – fuq Favourite TV nhar il-Ħamis 26 ta’ Mejju 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l- repetizzjoni l-Ħadd fl-4.00pm
Tema: Il-Proġett ta’ Envanġelizzazzjoni Ġdida
Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.
Infomazzjoni: din il-ġimgħa ser jiddiskutu “l-Proġett ta’ Evanġelizzazzjoni Ġdida” li tant jitkellem dwarha il-Papa Benedittu XVI. Fil-fatt din l-ideja kienet l-ewwel ħaġa li xtaq jintroduċi fil-pontifikat tiegħu sitt snin ilu. Xi tfisser Evanġelizzazzjoni Ġdida? Għaliex ġdida? Dan ifisser il-mod ta’ kif wieħed jevanġelizza jinbidel?
Fr Joe Inguanez ukoll din il-ġimgħa jitkellem dwar din l-Evanġelizzazzjoni Ġdida f’forma ta’ features li jikteb kull ġimgħa.
UĊUĦ live fuq NET TV nhar l-Erbgħa 25 ta’ Mejju bejn 8.30pm u 10.00pm.
Tema: Il-familja.
Preżentazzjoni: Marthese Brincat
Informazzjoni: Flimkien mal-mistiedna tagħha ser tħares lejn il-familja magħquda, mill-lenti soċjali, morali u anke psikoloġika.
Dan u aktar fil-programm ta’ din il-ġimgħa. Mistiedna ser jitkellmu dwar dan, waqt li Fr Peter Serracino Inglott jikteb script interessanti u Alfred Mallia wkoll jikteb silta ddrammattizzata qasira biex tkompli ssaħħaħ is-suġġett.
UĊUĦ jixxandar ‘live’ biex intom it-telespettaturi tkunu tistgħu tipparteċipaw billi ċċemplu jew tibgħatu sms.
Marthese Brincat tilqa’ l-kummenti tagħkom waqt l-intervisti li jsiru fl-istudios ma’ tlett mistiedna differenti li wara li jitkellmu dwarhom, jagħtu l-ideja tagħhom dwar is-suġġett
BIL-KELMA T-TAJBA – fuq ONE TV nhar il-ĦAMIS 26 ta’ Mejju fil-5.00PM b’REPETIZZJONI L-ĦADD fis-7.00am
Preżentazzjoni: Edward Wright
Evangelju: Is-6 Ħadd ta’ l-Għid
Informazzjoni: Mhux dejjem ikun faċli li ssib kappelli li għandhom storja interessanti ħafna imma f’dan il-programm, Edward Wright, permezz tal-kuntatti li jagħmel jirnexxielu jsibhom u jsib in-nies jew l-espert biex jagħti dan it-tagħrif.
Fr Marcello Ghirlando wkoll mhux dejjem ikun faċli li jsib tagħrif storiku differenti minn vanġelu u ieħor, għax xi kultant vanġelu ta’ ġimgħa jsegwi vanġelu ieħor. Imma bl-esperjenza li għandu kemm ta’ l-Art Mqaddsa u anke tal-Bibbja, jirnexxielu jagħmel dan.
Għal din il-ġimgħa wkoll Edward ser jitkellem mal-kappillan tal-belt jew raħal li ser iżur biex naraw kif nistgħu ngħixu l-ħajja nisranija fid-dawl ta’ l-evanġelju.
GĦAŻLIET ‘live’ fuq Education 22 nhar it-Tlieta 24 ta’ Mejju 2011 – fid- 9.00pm b’repetizzjoni il-Ħamis fil-11.00am, il-Ħadd fl-4.30pm u it-Tnejn fin 12.30pm
Tema:Il-familja.
Prezentazzjoni: Christine Delicata
Informazzjoni: Christine Delicata ser tħares lejn l-aspetti posittivi ta’ familja magħquda. Hija ser tħares lejn il-ġid li joħroġ meta l-familja tkun magħquda, kemm għall-familja nnfisha, kif ukoll għas-soċjeta’ inġenerali.
Peres li dan huwa programm ‘live’ t-telespettaturi huma mħeġġin li jwasslu l-opinjoni tagħhom billi jċemplu waqt il-programm jew inkella jibgħatu sms.
Sejjaħtli, Uċuħ, Bil-Kelma t-Tajba u Għażliet huma produzzjonijiet ta’ ĊAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.
Aktar informazzjoni dwar dawn il-programmi tista’ tinstab fis-sit www.camcpi.org li huwa sit mimli informazzjoni interessanti inkluż informazzjoni dwar il-programmi li jittellgħu minn ĊPi u dwar l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fiċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja (CAM).