JUM IL-BIBBJA
23/10/2009Nhar il-Ħadd, 25 ta’ Ottubru 2009 jiġi ċċelebrat JUM IL-BIBBJA fl-Arċidjoċesi ta’ Malta u fid-Djoċesi ta’ Għawdex. It-tema magħżula għal din is-sena hi “Il-Kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija, tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb”, silta meħuda mill-Ittra lil-Lhud.
F’messaġġi li stampat biex jitqassmu fid-djar, fl-iskejjel u fil-parroċċi, l-Għaqda Biblika Maltija spjegat li din it-tema hi stedina biex aħna l-insara nħallu l-Kelma ta’ Alla fil-Bibbja taħdem f’ħajjitna. … Kompli aqra »