L-Arċisqof Pawlu Cremona jinsab indispost
10/10/2009Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona jinsab indispost u fuq parir mediku ħassar l-impenji kollha li kellu sa nhar is-Sibt, 17 ta’ Ottubru, 2009. Kompli aqra »
…
Aħbarijiet mill-Knisja f'Malta
Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona jinsab indispost u fuq parir mediku ħassar l-impenji kollha li kellu sa nhar is-Sibt, 17 ta’ Ottubru, 2009. Kompli aqra »
…
Il-Ħadd 11 ta’ Ottubru, il-Knisja tiċċelebra Jum it-Tagħlim Nisrani. It-tema għal din is-sena hi meħuda mill-Evanġelju ta’ San Mattew : “Mill-Frott Tagħhom Tagħrfuhom” – Mt 7.20. F’dan il-jum, il-Knisja tiċċelebra x-xiehda kontinwa u d-dedikazzjoni tal-katekisti flimkien ma’ l-għajnuna u s-sehem tal-komunità nisranija.
Għal din l-okkażjoni l-Arċisqof Pawlu Cremona ltaqa’ mal-katekisti u l-għalliema tar-Reliġjon, fil-bidu tas-sena kateketika 2009 – 2010. L-Arċisqof ta diversi punti ta’ riflessjoni lill-katekisti u l-għalliema. … Kompli aqra »
Il-Knisja f’Malta ppublikat d-dokument għal konsultazzjoni pubblika ‘Nirrestawraw il-Festi Flimkien’. Dan id-dokument li ġie ppreżentat lill-Kulleġġ tal-Kappillani u lill-media mill-Arċisqof Pawlu Cremona, jista jitniżżel billi tagħfas hawn. Bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni, il-pubbliku jista jibgħat il-kummenti tiegħu fuq l-email: [email protected] jew bil-posta:
Konsultazzjoni Festi, Kurja tal-Arċisqof, PO Box 29, Valletta VLT 1000
…
L-Isqfijiet Kattolici fi Spanja qed jappellaw lill-membri tal-Knisja sabiex jinghaqdu fi protesta kontra l-legislazzjoni tal-abort li tkun tippermetti tfajliet mill-eta ta’ 16-il sena li jwaqqfu hesrem it-tqala taghhom minghajr il-kunsens tal-genituri.
“Din il-ligi tkun pass sew lura, specjalment fid-difiza tad-dritt tal-hajja ta’ dawk mhux imwielda. Tfisser abbandun ikbar tal-ommijiet tqal u hsara irreparabbli ghall-gid komuni”, qalet il-Kummissjoni Permanent ital-Isqfijiet fi stqarrija.
L-Isqfijiet issuktaw li “l-lajci qed jirrispondu ghall-isfida prezentata b’kuxjenza socjali u morali billi jezercitaw id-dritt taghhom li jinghaqdu f’dimostrazzjoni pacifikabiex jesprimu l-oppozizzjoni taghhom… Kompli aqra »
Il-Papa Benedittu XVI appella lill-Isqfijiet Ewropej sabiex izommu milli jeskludu l-Knisja mill-hajja kulturali u socjali, anke sakemm taghmel cara id-distinzjoni bejnha u bejn l-Istat. Il-Papa afferma dan f’messagg lill-Kardinal Peter Erdo, President tal-Kunsill tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Ewropej u l-Arcisqof ta’ Budapest fl-Ungerija.
Il-Kunsill zamm l-assemblea plenarja tieghu f’Parigi fil-jiem li ghaddew, u ddiskuta t-tema CHURCH-STATE RELATIONS 20 YEARS AFTER THE FALL OF THE BERLIN WALL… Kompli aqra »
“Is-Saċerdozju hu l-imħabba tal-Qalb ta’ Ġesù”
San Ġwann Marija Vianney
Xi Attivitajiet għas-Sena Saċerdotali Irtir tax-xahar
Minn Ottubru, se jibda jiġi organizzat irtir kull xahar miftuħ għas-saċerdoti kollha. Dawn l-irtiri jkunu bejn id-9.30 a.m. u l-11.30 a.m. Dettalji jingħataw iżjed ’il quddiem. Id-data ta’ dawn l-irtiri huma:
It-Tlieta:
Ġranet għas-saċerdoti tal-Unità
Se jiġi organizzat matul is-sena Jum ta’ Fraternità saċerdotali għas-saċerdoti ta’ kull Unità… Kompli aqra »
Il-Ħamis, 18 ta’ Ġunju 2009 – Seminarju ta’ l-Arċisqof
Ħuti, din hija providenza li l-Papa Benedittu XVI nieda din is-sena għal dan id-don kbir li Alla l-Imbierek ta lill-Knisja tiegħu permezz tas-saċerdozju ministerjali. U kemm hija okkazjoni qawwija għalina li din s-sena aħna lkoll, wieħed wieħed, niġġeddu f’dan id-don! U kemm kien ukoll ħsieb sabiħ li aħna nibdew din is-sena propju lejlet il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù… Kompli aqra »
Fid-19 ta’ Ġunju – festa tal-Qalb ta’ Ġesù – bdiet sena dedikata lis-saċerdoti skont ix-xewqa tal-Papa Benedittu XVI. Dan il-Papa għamlu fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-mewt ta’ San Ġwann Marija Vianney li hu magħruf bħala l-Kurat t’Ars. Il-Papa jrid jagħti lis-saċerdoti importanza speċjali matul din is-sena u jrid juri lis-saċerdoti kemm iħobbhom u jixtieq jgħinhom biex jgħixu s-sejħa u l-missjoni tagħhom b’ferħ u entużjazmu.
L-isfida li għandhom is-saċerdoti hija li jkunu saċerdoti fi żminijiet tal-lum, li mhux jikkundannaw id-dinja ta’ madwarhom imma jsalvawha, bħal Ġesù li ma ġiex biex jikkundanna imma biex isalva… Kompli aqra »
It-Tnejn
9.30 a.m. L-Arċisqof jippreżenta r-rapport ‘Nirrestawraw il-Festi Flimkien’ lill-Kulleġġ tal-Kappillani.
11.00 a.m. L-Arċisqof jippreżenta l-istess rapport lill-media.
6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal riċeviment fl-okkażjoni tad-dsatax-il anniversarju mill-għaqda tal-Ġermanja fir-residenza ta’ l-ambaxxatur Ġermaniż, f’ħal Lija.
It-Tlieta
9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-konferenza bit-tema ‘Insahhu z-Zwieg u l-Familji’, organizzata mill-moviment ta’ Kana u miċ-Ċentru tal-Istudju fuq il-Familja tal-Universita ta’ Malta, fil-Palazz, il-Belt… Kompli aqra »
Mid-29 ta’ Ġunju 2008 sad-29 ta’ Ġunju 2009, il-Knisja mad-dinja kollha qed tiċċelebra Sena ta’ Ġublew Speċjali ad unur ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl, li tradizzjonalment huwa maħsub li twieled bejn is-snin 7 u 10 W.K. Iċ-ċelebrazzjoni se tkun l-iżjed fil-Bażilika ta’ San Pawl barra l-Ħitan ta’ Ruma, fejn il-fdalijiet ta’ San Pawl ilhom jiġu meqjuma għal sekli sħaħ. Din il-Bażilika din is-sena qed tilqa’ eluf ta’ pellegrini… Kompli aqra »