Arkivji mensili: Jannar 2010

Kappelli tal-Adorazzjoni f’Malta

ATTARD: Ċentru Parrokkjali Ġwanni Pawlu II; kuljum, mill-5.00am sal-10.00pm.

BALLUTA: Kappella ‘Ibqa’ Magħna Mulej’ fi Triq it-Torri;Winter: 21 December to 20 March – 6:30 a.m. to 9:00 p.m.; Spring: 21 March to 20 June – 6:30 a.m. to 10:00 p.m.; Summer: 21 June to 20 September – 6:30 a.m. to 11:00 p.m.; Autumn: 21 September to 20 December – 6:30 a.m… Kompli aqra »

Riflessjonijiet għal Jum Il-Karita’

a) Preskrizzjonijiet Reliġjużi u Morali

Meta taħsdu l-ħsad ta’ artkom, tibqax sejjer taħsad sa tarf il-għalqa, u lanqas ma għandek tlaqqat li jaqa’ mill-ħsad tiegħek.

Ma għandikx taqta’ l-frott kollu tad-dwieli tiegħek, u la tlaqqatx li jaqa’ fl-art; ħallih għall-fqir u għall-barrani – Jien hu l-Mulej Alla tagħkom.

La tisirqux, la tgħidux kliem b’ieħor, la tqarrqux b’xulxin… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA IT-TIELET ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPLI TIEGĦU

Nhar il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2010, fil- KonKatidral ta’ San Ġwann, Valletta, fl-okkazjoni tat-tielet anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali ta’ l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, ġiet iċċelebrata Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr.

L-Arċisqof irringrazzja lill-Mulej għal-għajnuna kollha li jagħtih u lil dawk kollha li jagħtu għajnuna pastorali għall-komunita’ tagħhom. Huwa semma li dik il-ġurnata kienu qed jiġu ċċelebrati tlett festi f’wahda: il-konverżjoni ta’ San Paul, għeluq sninu u l-Anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu… Kompli aqra »

ŻĠĦAŻAĠĦ IĦEJJU GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Il-Ħadd, 24 ta’ Jannar, 2010, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, bħala parti mit-tħejjija għaż-żjara f’Malta tal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Benedittu XVI, bdiet mixja b’ Salib u Ikona, replika tal-istess simboli li jintużaw fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Din l-okkażjoni għanda sservi għal kull Nisrani, lajk, ikkonsagrat, jew reliġjuż, bħala ‘pellegrinaġġ’ fejn kullħadd jieħu l-okkazjoni li jagħmel sagrifiċċju u riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa.

Mill-Marina tal-lukanda Excelsior, Floriana dgħajsa tal-qlugħ ġarret is-Salib u l-Ikona għax-xatt ta’ Tas-Sliema… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA’ PERSUNI INVOLUTI FIL-ĦIDMA EKUMENIKA

Nhar is-Sibt 23 ta’ Jannar, fil-Kurja, Floriana, l-Arċisqof Pawl Cremona O.P. laqa’ lil numru ta’ persuni involuti fil-ħidma ekumenika ġewwa l-Arċidjoċesi ta’ Malta. L-attivita’ – l-ewwel waħda tax-xorta tagħha – kienet organizzata mill-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana fl-okkażjoni tal-ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara.

F’kelmtejn ta’ merħba, Dun Hector Scerri, il-President tal-Kummissjoni Ekumenika radd ħajr lill-Arċisqof li għoġbu jilqa’ għandu grupp sabiħ ta’ persuni li huma lokalment impenjati fl-ekumeniżmu… Kompli aqra »

IL-JUM DINJI TAL-KOMUNIKAZZJONI 2010 – IL-MESSAĠĠ TAL-PAPA

Pope Benedict XVI

PUNTI SALJENTI LI FUQHOM MIBNI D-DISKORS

  • It-tema tal-Jum Dinji għall-Komunikazzjoni ta’ din is-sena huwa “Is-saċerdot u l-Ministeru Pastorali f’dinja diġitali: Media ġdid għas-servizz tal-Kelma”. Din it-tema, din is-sena, qed taħbat maċ-ċelebrazzjoni tas-Sena ddedikata mill-Knisja lis-saċerdoti, b’attenzjoni partikolari fuq il-qasam sensittiv u importanti tal-komunikazzjoni diġitali fil-pastorali, fejn is-saċerdoti jistgħu jiskopru possibiltajiet ġodda kif iwettqu l-ministeru pastorali tagħhom, iċċentrat fuq il-Kelma t’Alla…
  • Kompli aqra »

25 – 31 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-ġurnalisti organizzata mid-Direzzjoni ta’ Leħen is-Sewwa, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk de Sales, fl-Istitut Kattoliku, Floriana.

It-Tlieta

10.00 a.m. Fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twelid ta’ Mons Mikiel Azzopardi, l-Arċisqof jinawgura Bitħa Dun Mikiel fid-Dar tal-Providenza, Siġġiewi.

5.30 p.m… Kompli aqra »

IT-TIELET ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TAL-ARĊISQOF

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra t-tielet anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, Valletta, nhar il-Ħadd, 24 ta’ Jannar 2010, fil-5.30pm.

L-għada, Mons, Arċisqof  jiċċelebra għeluq l-64 sena tiegħu. Mons. Cremona twieled fil-25 ta’ Jannar 1946.

Mons. Cremona ġie ordnat Isqof fis-26 ta’ Jannar 2007. Dakinhar huwa beda wkoll is-servizz tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta… Kompli aqra »

‘TGĦALLIMT U QED NITGĦALLEM ĦAFNA NKUN TA’ SERVIZZ GĦALL-OĦRAJN’

‘Tgħallimt u qed nitgħallem ħafna nkun ta’ servizz għall-oħrajn’. Hekk iddeskriva l-esperjenza tiegħu fl-Episkopat l-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, f’kummenti li ta lil IL-ĠENSillum online, fl-okkażjoni tal-anniversarju Episkopali.

F’dawn il-jiem, il-Knisja Maltija qed tfakkar żewġ anniversarji Episkopali importanti. Ilbieraħ ħabat ir-raba’ anniversarju minn meta l-Isqof Grech ġie kkonsagrat u għamel l-Ingress tiegħu bħala Ragħaj tal-Knisja f’Għawdex.
It-Tlieta, imbagħad, f’Malta titfakkar it-tielet sena mill-Konsagrazzjoni tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA PRIMARJA TA’ ĦAL TARXIEN

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-Kulleġġ San Tumas More – Skola Primarja Tarxien. F’din l-iskola bħalissa jattendu 232 student. L-Arċisqof ingħata merħba mit-tfal kollha fil-bitħa tal-iskola. It-tfal kantaw diversi innijiet reliġjużi u qalu t-talba ta’ filgħodu. It-tfal offrew donazzjoni ta’ flus biex tingħata lid-Dar tal-Providenza. Wara ttella’ żewġ programmi qsar mit-tfal kollha. L-Arċisqof indirizza lit-tfal u lill-ġenituri preżenti… Kompli aqra »