Arkivji mensili: Jannar 2010

IR-RIFORMA FIT-TRANŻIZZJONI MILL-PRIMARJA GĦAS-SEKONDARJA FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA

Bini u tkabbir ta’ skejjel

Il-proċess tar-riforma fit-transizzjoni mill-primarja għas-sekondarja wassal lill-iskejjel tal-Knisja sabiex jieħdu diversi inizjattivi. Dawn l-inizjattivi jinsabu fi stadji differenti fil-proċess tat-twettiq.

Xi skejjel tas-subien (St Paul’s Missionary College, is-Seminarju, Malta, St Augustine College, u Savio College) qed jaħsbu sabiex jibnu skola primarja, u Theresa Nuzzo (skola tal-bniet) se tibni skola sekondarja. Is-Seminarju, Malta (subien), is-Seminarju, Għawdex (subien), u l-iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (bniet) se jżidu klassi mill-Form 1 sal-Form 5 u l-iskola St Michael, Ħal-Qormi (subien) se żżid klassi fil-Form 1 u fil-Form 2.  … Kompli aqra »

156 PAJJIŻ SE JNIEDU KAMPANJA GĦAL 40 JUM FAVUR IL-ĦAJJA

David Bereit

Hekk kif il-jum tal-Ġimgħa hu tifkira tas-37 anniversarju minn mindu ngħatat id-deċiżjoni tal-Qorti Amerikana biex jiġi legalizzat l-abort, qed jiġu mnedija 40 kum ta’ kampanja favur il-ħajja, did-darba f’156 belt u fi tliet pajjiżi. Id-Direttur Nazzjonali tal-Organizzazzjoni, David Beriet, qal fi stqarrija għall-istampa, li waqt li “ħafna jaraw dan l-anniversarju u daż-żmien bħala wieħed imdallam”, hu jarah bħala “żmien ta’ tama kbira”… Kompli aqra »

SERVIZZ EKUMENIKU

Il-Ħamis 21 ta’ Jannar 2010, filgħaxija, f’St Andrew’s Scots Church, il-Belt Valletta, sar Servizz Ekumeniku ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. Dan kien il-qofol tal-attivitajiet li saru u qed isiru fl-Arċidjoċesi matul din il-Ġimgħa Ekumenika li bdiet nhar it-Tnejn, 18 ta’ Jannar 2010, u tiġi fi tmiemha nhar it-Tnejn 25 ta’ Jannar 2010.

It-tema tas-servizz – tema li hija komuni għal kull fejn hemm l-insara fid-dinja – kienet “Intom xhud ta’ dan” (Lq 24:48), kliem Ġesu’ lill-Appostli tiegħu wara l-Qawmien tiegħu mill-imwiet… Kompli aqra »

ISQFIJIET IRLANDIŻI F’LAQGĦA OĦRA MAL-PAPA

Pope Benedict XVI greets Irish Cardinal

Il-Papa Benedittu XVI għandu jerġa’ jiltaqa’ mal-Isqfijiet Irlandiżi hekk kif il-pajjiż għadu qed jirkupra mill-iskandli marbuta mal-abbużi sesswali allegatament imwettqa minn membri tal-kleru. Id-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Ġiżwita Federico Lombardi ikkonferma li l-Papa sejjaħ lill-Isqfijiet Irlandiżi għal laqgħa oħra fil-Vatikan marbuta mas-suġġett. Il-laqgħa mistennija ssir bejn il-15 u s-16 ta’ Frar li ġej.

Il-Kardinal Sean Brady, Arċisqof ta’ Armagh u President tal-Konferenza Episkopali Irlandiżi, u l-Arċisqof Diarmuid Martin ta’ Dublin diġa ltaqgħu mal-Papa fil-11 ta’ Diċembru li għadda… Kompli aqra »

LAQGĦA MAS-SOĊJETA ĊIVILI F’ĦAL TARXIEN

Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili ta’ Ħal Tarxien . Din iż-żjara tifforma parti minn serja ta’ laqgħat li l-Arċisqof qed jagħmel f’Ħal Tarxien bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita’. Għal programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof f’Ħal Tarxien AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-KNISJA TILQA’ L-APOLOĠIJA TA’ EL SALVADOR GĦALL-KRIMINI TAL-GWERRA

El Salvadore flag

Rappreżentanti tal-Vatikan u l-Knisja lokali f’San Salvador laqgħu l-apoloġija li saret mill-President ta’ El Salvador f’isem il-pajjiż u t-tmexxija tiegħu. Il-President Mauricio Funes offra apoloġija f’isem il-Gvern għall-krimini kommessi tul il-gwerra ċivili twila tal-pajjiż. Minkejja li l-ġlied waqaf fl-1992, għad hemm ħtieġa ta’ rikonċiljazzjoni fost is-Salvadorjani. Hu stmat li l-gwerra ċivili ta’ 12-il sena sħaħ ħadet il-ħajja ta’ madwar 75,000 persuna… Kompli aqra »

QUDDIESA GĦALL-KOPPJI GĦARAJJES LI SE JIŻŻEWĠU DIN IS-SENA

Nhar il-Ħadd, 17 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa għall-koppji li se jizzewgu din is-sena (2010). Għal din il-Quddiesa li saret fil-Knisja tal-Kappuċċini, Floriana, attendew aktar minn tliet mitt koppja li lkoll segwew il-kors għat-tħejjija taż–żwieġ organizzat mill-Moviment ta’ Kana. L-Arċisqof Pawlu Cremona OP esprima s-sodisfazzjon tiegħu għan-numru sabiħ ta’ koppji li wieġbu għall-istedina tiegħu. Bi tbissima, l-Arċisqof stqarr li darb’oħra ser ikollna nfittxu Knisja ikbar biex kulħadd ikollu post bil-qiegħda… Kompli aqra »

ĠIEĦ GĦAWDEX LILL-ARĊISQOF EMERITUS

Il-Ħadd, 17 ta’ Jannar 2010 Isqof Emeritus Ġużeppi Mercieca ġie mogħti l-unur ‘Ġieħ Għawdex’. Dan ġie mogħti lilu mill-Ministru Giovanna Debono. Għal din l-attivita’ attenda ukoll Franco Masini u l-aħwa Magro tal-Kumpanija Magro Brothers. Din l’attivita’ saret ġewwa il-Hotel Ta’ Ċenċ Għawdex.

On Sunday, 17th January 2010, Bishop Emeritus Joseph Mercieca was given the ‘Ġieħ Għawdex’ award. This honour was presented to him by Minister Giovanna Debono… Kompli aqra »

IL-PAPA FIS-SINAGOGA TAL-LHUD F’RUMA BI TLIET PROPOSTI

great-synagogue-rome

Meta rrefera għar-rikonoxximent komuni tal-Lhud u l-insara għall-għaxar kmandamenti, il-Papa qal li t-tnejn jistgħu u għandhom jingħaqdu biex jiddefendu lil Alla, il-ħajja u l-familja. Il-Papa għamel din il-proposta meta żar is-sinagoga ta’ Ruma. Fil-verita, kien it-tieni Papa li żar is-sinagoga ta’ Ruma. Kien il-Papa Ġwanni Pawlu II li għamel l-ewwel żjara meta mar hemmhekk 24 sena ilu,  preċiżament fl-1986. Din kienet it-tielet sinagoga li l-Papa Ġermaniż żar, wara dik f’Cologne u dik fi New York… Kompli aqra »