Arkivji mensili: Frar 2010

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 25 ta’ Frar 2010

L-inqas li hu mistenni

L-inqas li hu mistenni mill-bniedem

mhux li kull persuna

tiġi ttrattata bir-rispett

u jkollha l-istess dritt għall-ħajja?

L-inqas li hu mistenni mill-bniedem

mhux li kull persuna

tkun ħielsa

u kapaċi toħloq

mingħajr ma tkun maħkuma

mill-flus, mir-reliġjonijiet jew mill-istati?

L-inqas li hu mistenni mill-bniedem

mhux li l-art nibżgħu għaliha

bħala ħaġa sagra,

inħarsuha u nsebbħuha

biex tibqa’ l-ambjent

li nistagħġbu bih,

imħejji minn Alla

għal dawk kollha

li jgħixu fih? … Kompli aqra »

STATISTIKA GĦALL-KNSIJA KATTOLIKA F’MALTA

Malta's Grand Harbour

Fl-okkażjoni tal-vjaġġ appostoliku tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, li għandu jsir bejn is-17 u t-18 t’April li ġej biex jikkommemora l-1950 anniversarju min-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta, kienet ippubblikata statistika li tikkonċerna l-Knisja Kattolika f’dan il-pajjiż. L-informazzjoni, aġġornata sa Diċembru 2008, ngħatat mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika tal-Knisja f’Malta.

Malta, bil-belt ewlenija tagħha, Valletta, għandha popolazzjoni ta’ 443,000 li minnhom 418,000 (94.4%) huma kattoliċi… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-BDIEWA MINN BURMARRAD

Nhar it-Tlieta, 24 ta’ Frar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iltaqa’ mal-bdiewa residenti f’Burmarrad. Din iż-żjara tifforma parti minn serja ta’ laqgħat li l-Arċisqof qed jagħmel f’Burmarrad bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita’. Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof f’Burmarrad AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 24 ta’ Frar 2010

Ġudizzju

Il-jum tal-ġudizzju –

u l-bnedmin jinsabu miġbura.

Huma jistqarru quddiem il-Mulej

li qiegħed fuq it-tron tiegħu:

“M’aħniex denji

li nidħlu fil-Preżenza tiegħek.

Ma tajnikx qima!

Ma tajniex ġieh

lill-Isem qaddis tiegħek!

Il-festi tiegħek ma ċċelebrajniehomx

b’mod xieraq u qaddis!

Lgħabniha ta’ nsara

u bdilnik ma’ allat oħra! … Kompli aqra »

AKTAR ATTIVITAJIET MIŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’ĦAL QORMI

Nhar il-Ħadd, 21 ta’ Frar 2010, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan Ħal-Qormi, saret Quddiesa bis-Salib u l-Ikona, replika ta’ dawk mogħtija mill-Papa Ġwanni Pawlu II liż-żgħażagħ fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ta’ 25 sena ilu. Din iċ-ċelebrazzjoni kienet animata miż-żgħażagħ tal-PLYG (Pastoral Liturgical Youth Group) tal-Parroċċa ta’ San Bastjan, bil-parteċipazzjoni ta’ żgħażagħ mill-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi. Is-Salib u l-Ikona, simboli tal-vjaġġ tal-ħajja tagħna fil-preżenza ta’ Kristu u Ommu Marija, ser ikunu fil-Parroċċa ta’ San Bastjan matul din il-ġimgħa… Kompli aqra »

IL-ĦADDIEM U IL-KONSUMATUR HUMA F’KUNFLITT?

It-Tlieta, 23 ta’ Frar, 2010, il-Kummissjoni Pastorali fid-dinja tax-xogħol organizzat seminar bit-tema ‘Il-ħaddiem u l-konsumatur: f’kunflitt?’. Fl-intervent tiegħu, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP sostna li kull min jaħdem għandu responsabbilita’ quddiem Alla. L-Arċisqof saħaq li f’Malta għad hawn każijiet soċjali ta’ familji li mhux jirnexxilhom ilaħqu mad-dritt tal-konsum u għalhekk hemm bżonn li wieħed jara l-kawżi li qed iwasslu għal dan.

L-Arċisqof Cremona ikkwota lil Papa Benedittu XVI fejn qal li din hija sfida mhux biss għall-Knisja imma anke għal dawk li jmexxu, inkluż l-politiċi… Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA GĦAT-TALB HEKK KIF BEDA L-IRTIR TAR-RANDAN

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI beda jieħu sehem fl-eżerċizzi spiritwali ta’ żmien ir-Randan, kif inhi t-tradizzjoni li jsir f’daż-żmien tas-sena.

Qabel ma talab it-talba tal-Angelus fl-aħħar udjenza pubblika tiegħu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan qabel l-eżerċizzi, il-Kap tal-Knisja Kattolika fisser l-interpretazzjoni tiegħu dwar il-vjaġġ tar-Randan permezz tal-liturġija li tippreżenta lil Ġesu ttentat mix-xitan fid-deżert.

“Huwa evidenti li hemm insistenza dwar il-fatt li t-tentazzjonijiet tax-xitan ma kinux aċċidentali imma l-konsegwenza tal-għażla li għamel Ġesu nnifsu biex iwettaq il-missjoni li afdalu l-Missier… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 23 ta’ Frar 2010

Vanġelu

Bil-qawwa tal-fidi

se nitkellmu fuq il-maħfra tiegħek,

imma fl-istess ħin

u kif inhu xieraq,

sabiex ma nagħmluhiex ta’ mħallef,

bl-ikbar imħabba nuru ħniena

ma’ kull persuna mħawda u mfarrka

jew li tilfet it-triq minħabba l-ħażen.

Mingħajr ma nistennew minnha

l-inteġrità

jew id-dinjità,

u fuq kollox mingħajr ġudizzju,

noffrulha l-mogħdrija

u l-faraġ tagħna… Kompli aqra »

IR-RENJU UNIT SE JIKKUNSIDRA EDUKAZZJONI SESSWALI GĦAL TFAL MILL-ETA TA’ 5 SNIN ‘IL FUQ

sexual education

Il-Kamra tar-Rappreżentanti Ingliża din il-ġimgħa għandha tieħu vot fuq leġislazzjoni maħsuba biex tintroduċi programm ta’ edukazzjoni sesswali għat-tfal fl-iskejjel primarji, tfal li l-eta tagħhom hi ta’ ħames snin ‘il fuq. Iċ-“Children, Schools and Families Bill” tinkludi wkoll klawsoli, li skont kritiċi, mhumiex wisq ta’ ċaħda tat-tagħlim tal-Knisja.

L-abbozz, li se jittieħed vot fuqu t-Tlieta, qed iqajjem tħassib madwar ir-Renju Unit speċjalmenty fost saċerdoti u lajċi li qalu li jarawha bħala pass ieħor lejn iktar teħid ta’ libertajiet leġittimi… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’BURMARRAD

Is-Sibt, 20 ta’ Frar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, iċċelebra Quddiesa f’Burmarrad fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali tiegħu f’dan ir-raħal. L-Arċisqof semma kif fil-komunita’ għandu jkun hemm għaqda sħiħa, speċjalment mal-Komunitajiet Pastorali tal-Parroċċa. Il-Komunitajiet Pastorali għandhom jaħdmu bis-sħiħ qal l-Arċisqof, biex flimkien jilħqu għanijiet għall-ġid tal-Komunita’ kollha. L-Arċisqof ifakkar lil dawk kollha preżenti li f’dan iż-żmien tar-Randan, għandna nieħdu l-opportunita’ li nħarsu l-quddiem u flimkien nagħmlu l-għalmu tagħna biex ngħaqdu l-Komunita’ f’għaqda waħda ma’ Ġesu’ Kristu… Kompli aqra »