Arkivji mensili: Mejju 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Mejju

Mark 10, 46-52

U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, binTimew, bilqiegħda mal-ġenb   tat-triq.  Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni !” Kien hemm ħafna li bdew jgħajjtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u qal: “Sejjħulu.” Huma sejjħu l-agħma u qalulu: “Agħmel il-qalb! … Kompli aqra »

KOMPETIZZJONI GĦAT-TFAL DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA: AKTAR MINN 500 PARTEĊIPANT

It-Tlieta, 25 ta’ Mejju, 2010, il-Kummissjoni Djoċesana Tfal organizzat attivita’ li fiha l-Arċisqof ta’ Malta, Pawlu Cremona, qassam numru ta’ rigali lir-rebbieħa ta’ kompetizzjoni li kienet marbuta maż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI.  Tfal minn 6 sa 12-il sena pparteċipaw f’din il-kompetizzjoni ta’ tpinġija, e-cards u kitba.  Waqt din l-attivita’ ntweriet preżentazzjoni awdjo-viziva li fiha qsamna ħsibijiet u mumenti sbiħ mill-merħba li taw it-tfal lill-Papa Benedittu XVI fi Pjazza San Ġorġ… Kompli aqra »

IR-RELAZZJONIJIET BEJN IS-SANTA SEDE U ISRAEL FIT-TRIQ IT-TAJBA

Israel

Ir-relazzjonijiet bejn is-Santa Sede u Israel ikomplu jieħdu xejra pożittiva fl-aħħar jiem wara laqgħa oħra tal-kummissjoni bilaterali deskritta bħala suċċess.

Il-Kummissjoni bilaterali ta’ ħidma permanenti bejn is-Sanata Sede u l-Istat ta’ Israel iltaqgħet il-Ħamis li għadda “sabiex tkompli negozjati marbuta ma’ Artiklu 10 § 2 tal-Ftehim Fundamentali”, qal komunikat tal-Vatikan.

Il-Ftehim Fundamentali kien iffirmat fit-30 ta’ Diċembru 1993 u kien jistabbilixxi relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ entitajiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Mejju

Mark 10, 32-45

Kienu mexjin fit-triq, telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom; u huma kienu mgħaġġbin, u l-oħrajn li kienu mexjin warajhom kienu mbeżżgħin. Raġa’ sejjaħ it-Tnax ħdejh, u beda jgħidilhom x’kien se jgħaddi minn għalih: “Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin  il-kbar u l-kittieba, li jaqtgħuhielu għall-mewt u jerħuh f’idejn  il-pagani; dawn imbagħad jiddieħku bih, jobżqulu fuqu, jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna.” “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom… Kompli aqra »

INAWGURATA L-ISTATWA ‘MATER DEI’

It-Tlieta, 25 ta’ Mejju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bierek l-istatwa ta’ ‘Omm Alla’, li tinsab quddiem id-daħla prinċipali tal-Isptar Mater Dei. L-istatwa ġiet inawgurata mill-Ministru tas-Saħħa, Joe Cassar. L-istatwa tirrappreżenta lill-Madonna b’espressjoni ta’ dieqa f’wiċċa, b’turija li qeda taqsam kompassjoni mal-marid waqt li b’ideja qeda tbierek lill-ħaddiema, il-morda u l-familjari tagħom huma u deħlin fl-isptar. Filwaqt li binha Ġesu b’idejh miftuha qiegħed jilqa’ fi ħdanu lil dawk kollha batuti, fid-daħla ta’ l-isptar… Kompli aqra »

AZZJONI KATTOLIKA BI TĦEJJIJA GĦALL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

WYD 2011

Wara l-festa ta’ Pentekoste l-Ħadd li għadda, iż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika bdew tħejjija spiritwali fi tliet stadji għall-Jum Dinji taż-żgħażagħ f’ Madrid fl-2011.

“Huwa l-mument li nibdew pellegrinaġġ spiritwali bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Madrid, billi nippreparaw qalbna u moħħna”, qalet Chiara Finocchietti, Viċi President tal-fergħa Taljana taż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika. “Fiċ-ċentru ta’ din il-mixja inpoġġu t-talb u l-appoġġ lill-qaddisin”.

Mexxejja tal-Azzjoni Kattolika qed jipproponu pellegrinagg spiritwali lejn dawk il-pajjiżi fejn il-grupp huwa attiv… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Mejju

Mark 10, 28-31

Qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk.” Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subjien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »

Quddiesa u Purċissjoni Ewkaristika

Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Ġunju, 2010, fil-Katidral tal-Imdina, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  se jiċċelebra Quddiesa fis-7.00p.m. Għal din l-attivita’ mistiedna is-saċerdoti u l-lajċi kollha. Wara l-Arċisqof ser imexxa purċissjoni Ewkaristika fit-toroq tal-Imdina u jagħti l-barka sagramentali Ewkaristika minn fuq is-swar. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.

Kompli aqra »

SERVIZZ EKUMENIKU

Il-Malta Ecumenical Council (li issa sar jismu Christians Together in Malta), flimkien mal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jorganizzaw servizz ekumeniku ta’ talb fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekoste.

Dan se jsir nhar il-Ħamis, 27 ta’ Mejju, 2010, bejn is-6.00 p.m. u s-6.45 p.m., fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta. Se jippriedka Rev. Doug McRoberts, il-minister tac-Church of Scotland… Kompli aqra »

IL-PAPA F’ĊIPRU BEJN L-4 U S-6 TA’ ĠUNJU

Nicosia St.Sophia

“Ejja nagħtu merħba xierqa lill-Papa, raġel ta’ djalogu, paċi u ġustizzja. Iż-żjara tiegħu f’pajjiżna għandha ssaħħaħ il-valuri li s-soċjeta tagħna teħtieġ”. Dan l-appell sar mill-Arċisqof Maronita ta’ Ċipru, Youssef Soueif, li huwa l-koordinatur ġenerali taż-żjara għall-komunita Kattolika Ċiprijotta. Iż-żjara tal-Papa se ssir bejn l-4 u s-6 ta’ Ġunju.

Meta tkellem dwar it-tħejjijiet għal din iż-żjara, Youssef Soueif qal li “l-aspettattivi huma kbar, kif rifless fl-eċċitament u l-entużjażmu… Kompli aqra »