Arkivji mensili: Lulju 2010

L-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI B’15-IL KORS ĠDID MINN OTTUBRU

Minn Ottubru li ġej, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali se jkun qed jorganizza jew jgħin biex jittellgħu 15-il kors ta’ formazzjoni Nisranija, intiżi għal sezzjonijiet differenti tal-Knisja f’Malta.

Dan qalu lil IL-ĠENSILLUM online Fr Mark Sultana, Delegat tal-Arċisqof għal dan l-istitut, waqt li fisser li dawn qed jgħinu biex l-Istitut ikompli jwettaq il-missjoni afdata f’idu mis-Sinodu Djoċesan biex jgħin fil-formazzjoni tal-komunità Nisranija f’Malta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Lulju

Mattew 13,24-30

Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, ‘Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?’ Iżda hu qalilhom, ‘Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi.’ ‘Tridx immorru niġbruha?’ qalulu l-qaddejja… Kompli aqra »

KTIEB ĠDID MILL-PAPA GĦAT-TFAL : IL-ĦBIEB TA’ ĠESU

Pope Benedict XVI

“The Friends of Jesus” – “Il-ħbieb ta’ Ġesu” huwa t-titlu ta’ ktieb ġdid għat-tfal miktub mill-Papa Benedittu XVI. Fih jirrakkonta l-istorja tat-12-il appostlu u ta’ San Pawl.

Il-ktieb, li fih 48 paġna, fuq disinn tal-artist Taljan Franco Vignazia u ppubblikat mid-dar tal-pubblikazzjonijiet San Giuliano Milanese, skont L’Osservatore Romano, iġib flimkien numru ta’ passaġġi mill-katekeżijiet tal-Papa kull nhar t’Erbgħa waqt l-udjenzi ġenerali tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Lulju

Mattew 5,13-16

“Intom il-melħ ta’ l-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

KUNGRESS DWAR IT-TEOLOĠIJA TAL-ĠISEM OFFRUT ONLINE

Theology of the Body

Kungress dwar it-Teoloġija tal-Ġisem qed jiġi offrut online madwar id-dinja wara li r-reġistrazzjoni għalih fejn kien pjanat li jsir, ingħalqet.

L-Istitut għat-Teoloġija tal-Ġisem qed iżomm l-ewwel Kungress Nazzjonali bejn it-28 u t-30 ta’ dan ix-xahar qrib Philadelphia, kungress li qed jattira numru ta’ kelliema sabiex jagħtu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom u jmexxu workshops fuq is-suġġett minn diversi perspettivi: il-ministeru pastorali, il-katekeżi u l-evanġelizzazzjoni, il-filosofija u t-teoloġija, kif ukoll iż-żwieġ u l-familja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Lulju

Gwanni 20,1.11-18

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Iżda Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.” Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù… Kompli aqra »

IL-KUMMISSJONI AMBJENT DWAR ĦONDOQ IR-RUMMIEN

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tixtieq toffri xi riflessjonijiet u tagħti l-opinjoni tagħha fuq l-iżvilupp propost ta’ marina, hotel u binjiet oħra f’Ħondoq ir-Rummien, limiti tal-Qala, Għawdex. Dan tixtieq tagħmlu għaliex tħoss li d-diskussjoni pubblika li qanqal u li għadu jqanqal dan l-iżvilupp propost, qed tindirizza prinċipji fundamentali u għazliet importanti li jeħtieg li nagħmlu bħala pajjiż li hu mpenjat fl-iżvilupp sostenibbli ta’ dawn il-gżejjer… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Lulju

Mattew,13,1-9

Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli.

U qalilhom : “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu mal-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom… Kompli aqra »

Iż-żgħażagħ jippreżentaw tifkira lill-isqof Grech

Nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Lulu, 2010, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ ppreżentat lill-Isqof Mario Grech b’tifkira taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta. Il-preżentazzjoni saret waqt laqgħa bejn il-KDŻ Malta u l-KDŻ Għawdex fil-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex.  It-tifkira, replika tal-istess pittura li ż-żgħażagħ irregalaw lill-Papa, timmarka l-kollaborazzjoni mill-qrib li saret bejn iż-żewġ Kummissjonijiet fit-tħejjiet għal din il-miġja.

Waqt il-laqgħa, iż-żewġ kummissjonijiet,  ħadu l-opportunità li jistiednu lill-Isqof Grech biex jieħu sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid, is-sena d-dieħla… Kompli aqra »

L-ARĠENTINA TIRREŻISTI ‘Ż-ŻWIEĠ’ BEJN KOPPJI TAL-ISTESS SESS

Madwar 635,000 firma favur iż-żwieġ u l-familja kienu preżentati quddiem is-Senat Arġentin, hekk kif leġislaturi qed jikkunsidraw l-għaqda bejn persuni tal-istess sess u anki l-adozzjoni minn koppji tal-istess sess.

Is-Senatur Liliana Negre de Alonso, President tal-Kummissjoni għal-Leġislazzjoni Ġenerali fi ħdan is-Senat, irċeviet rappreżentanti ta’ diversi istituzzjonijiet li ppreżentaw il-524,000 firma u stqarrija appoġġjata minn iktar minn 400 organizzazzjoni. 110,000 firma separate iddaħħlu wkoll minn nies li qed jappellaw lil dawk li jfasslu l-liġijiet fil-pajjiż sabiex ipoġġu l-kwistjoni quddiem il-poplu għal vot… Kompli aqra »