Arkivji mensili: July 2010

TBEŻBIŻA IEBSA!

L-aħbar din il-ġimgħa li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet favur Alġerin li fetaħ kawża kontra Malta u ordnat li jingħata €12,000 bħala kumpens  minħabba li s-sistema preżenti Maltija naqset li tipproteġih minn perjodu twil u inutli ta’ detenzjoni, hi preokkupanti u fil-fehma tagħna għandha almenu sservi biex b’mod oġġettiv ikunu riveduti l-kundizzjonijiet li jgħixu fihom ħafna mill-immigranti irregolari li jinsabu f’pajjiżna, barra s’intendi l-kunċett kollu tad-detenzjoni fih innifisu… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JORDNA LIL DUN LLEWELLN MUSCAT O.P. PRESBITERU

Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Lulju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa li fiha jordna lir-Rev. Llewellyn Muscat O.P. bħala presbiteru fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, Valletta. Jikkonċelebraw mal-Arċisqof kien hemm it-tliet Isqfijiet Maltin: l-Isqof Emeritus Guzeppi Merċieca, il-Vigarju Ġenerali Mons. Annetto Depasquale u l-Vigarju Appostoliku ta’ Benghasi, Libya Mons. Sylvester Magro O.F.M. flimkien ma reliġjuzi u Qassisin Djoċesana.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Lulju

Mattew 14,1-12

Kien dik il-ħabta li Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù, u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih?” Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha.” Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh  bi profeta… Kompli aqra »

UFFIĊJAL TAL-VATIKAN JILQA’ L-LEALTA LEJN IL-PAPA FIĊ-ĊINA

China

L-uffiċjal tal-Vatikan inkarigat mill-evanġelizzazzjoni laqa’ x-xiehda ta’ għaqda minn saċerdoti u Isqfijiet Ċiniżi mal-Knisja u sejjaħ konsegwenzi tad-dnub il-qasmiet fit-tali għaqda.

Il-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, il-Kardinal Ivan Dias, indirizza lill-Isqfijiet u s-saċerdoti taċ-Ċina f’ittra. Qalilhom li x-xiehda u l-messaġġi mibgħuta minnhom lill-kongregazzjoni missjunarja jimlew lil kulħadd b’konsolazzjoni u kuraġġ biex tibqa’ tixtered l-Aħbar it-Tajba ta’ Ġesu f’din l-art. Meta tkellem dwar l-importanza tal-Isqfijiet u s-saċerdoti bħala ‘operaturi tal-unita’, il-Kardinal Dias enfasizza l-element essenzjali tal-komunjoni mal-Papa… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA SAJF ‘KID START’

Nhar il-Hamis, 29 ta’ Lulju, 2010 kienet gurnata specjali u memorabbli ghal Kidstart Summer Club li jigi operat mill-Vista Coop fl-iskola St Theresa Junior Lyceum tal-iMriehel, li bi pjacir ta merhba sabiha lill-Arcisqof Pawlu Cremona.

Madwar 200 tifel u tifla ta’ bejn 8 u 11-il sena laqghu lill-Arcisqof b’kant filwaqt li offrewlu ikel ghall-familji fi bzonn.  Dawn gabruhom huma stess matul dik il-gimgha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Lulju

Mattew 13,54-58

Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta’ l-għaġeb? Dan m’huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m’hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet m’humiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?” U tfixklu minħabba fih… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE TIBGĦAT L-EWWEL NUNZJU FIR-RUSSJA

Russia flag

L-Arċisqof Antonio Mennini, sa issa ir-rappreżentant tal-Papa għall-Federazzjoni Russa, se jkun l-ewwel Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede għar-Russja.

L-Arċisqof ippreżenta l-ittri tal-kredenzjali tiegħu lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Sergej Lavrov fil-15 ta’ Lulju f’ċerimonja segwita minn laqgħa mill-iktar kordjali skont kif irrappurtata mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.

F’Diċembru li għadda, il-Papa Benedittu XVI u l-President Russu Dmitry Medvedev qablu li jtejbu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat għal relazzjonijiet diplomatiċi sħaħ, li jippermetti li l-livell ta’ rappreżentazzjoni tiftaħ il-bieb għal Nunzju Appostoliku u Ambaxxata… Kompli aqra »

Bidu uffiċċjali għas-sena tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Nhar it-13 ta` Awissu, 2010, ser nagħtu bidu uffiċċjali għas-sena tal-World Youth Day 2011. L-attivita` ser tieħu forma ta` Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Kunċert ta` mużika Kristjana f’atmosfera ta` festa għaż-żgħażagħ. Din ser issir fl-Imġarr, Malta bil-kollaborazzjoni taz-żgħażagħ Imġarrin li ġew ikkummissjonati li jikkoordinaw din il-festa. Il-Parroċċa tal-Imġarr tkun qed tħejji għall-festa ta` Santa Marija, u għalhekk ser ningħaqdu maż-żgħażagħ Imġarrin f’festa waħda… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Lulju

Gwanni 11,19-27

Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom minħabba ħuhom. Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar. Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma wkoll issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek.” Ġesù qalilha: “Ħuk jerġa’ jqum?” Qaltlu Marta: “Jiena naf li jerġa’ jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum.” Qalilha Ġesù: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja… Kompli aqra »

10,000 PERSUNA B’DIŻABILITA MISTENNIJA JŻURU MADRID

wyd-logo

Bi tħejjija għaż-żjara ta’ madwar 10,000 żagħżugħ u żagħżugħa b’diżabilita f’Madrid għaċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, għadd ta’ voluntiera qed jirċievu taħriġ speċjali biex ikunu jistgħu joffru l-għajnuna tagħhom.

Il-Fondazzjoni Alares iffirmat ftehim mal-organizzaturi tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ u l-kollaboratriċi, il-Fondazzjoni Vivo f’Madrid, dwar programm ta’ taħriġ tal-voluntiera biex jgħinu lill-persuni b’diżabilita.

Il-Fondazzjoni Alares hi kommessa li tgħallem lill-voluntiera sabiex jagħtu l-aħjar servizz possibbli… Kompli aqra »