Arkivji mensili: Lulju 2010

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-MISSJUNARJI MALTIN

Nhar il-Ħamis, 15 ta’ Lulju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iltaqa’ mal-Missjunarji Maltin li jinsabu Malta, f’Dar l-Emigrant, Valletta. Din il-laqgħa ġiet organizzata mis-Segretarjat għas-Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Maltin, SMPO, li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna u li bħalissa jinsabu Malta għal btala. F’din il-laqgħa, il-missjunarji kellhom l-opportunita’ jagħtu tagħrif dwar l-esperjenzi tagħhom fil-ħidma pastorali u missjunarja li qed iwettqu… Kompli aqra »

ITALJA TAPPELLA L-IBBENJAR TAL-QORTI EWROPEA DWAR IL-KURĊIFISSI FIL-KLASSIJIET

L-Italja ddefendiet it-turija tal-kurċifiss fl-iskejjel pubbliċi quddiem il-qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem u argumentat lid an hu simbolu tal-wirt kulturali tal-pajjiż u mhux impożizzjoni ta’ twemmin reliġjuż fuq l-istudenti.

Fis-smigħ riċenti quddiem l-istruttura tal-appell tal-Qorti Ewropea fi Starsburgu fi Franza, rappreżentant tal-Gvern Taljan appella lill-Qorti sabiex treġġa’ sentenza ta’ Novembru 2009 li ibbenjat it-turija tal-kurċifiss fil-klassi għax sejħitlu ksur tal-liberta reliġjuża… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Lulju

Mattew 12,1-8

Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt. ” U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma l-qassisin biss? … Kompli aqra »

ĦATRIET EWLENIN F’DIPARTIMENTI DIFFERENTI FIL-VATIKAN

Il-Papa Benedittu XVI ħatar mexxejja ġodda f’diversi dipartimenti fil-Vatikan. Innomina lill-Kardinal Kanadiż Marc Ouellet ta’ Quebec bħala Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet. Dan, ta’ 66 sena, se jmexxi l-uffiċċju li jassisti lill-Papa fl-għażla tal-Isqfijiet tad-djoċesijiet tar-rit latin madwar id-dinja. Qed titqies bħala l-ewwel darba li qed issir għażla ta’ kardinal mill-Amerika ta’ Fuq biex imexxi din il-Kongregazzjoni. Ouellet, li qed jieħu post il-Kardinal Taljan ta’ 76 sena, Giovanni Battista Re, mhuwiex wiċċ ġdid għal Ruma jew għall-Kurja ta’ Ruma… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Lulju

Mattew 11,28-30

“Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.” Kompli aqra »

FIS-SLOVENJA, KATTOLIĊI U MUSULMANI KONTRA Ż-ŻWIEĠ BEJN PERSUNI TAL-ISTESS SESS

“Aħna nemmnu li mhux sew li jitpoġġew fuq l-istess keffa ż-żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess u ż-żwiġijiet eterosesswali jew li dawn tal-aħħar jingħataw id-dritt li jadottaw it-tfal, għax dan nemmnu li jhedded ir-rwol fundamentali u li ma jista’ jeħodlu postu ħadd tal-missier u tal-omm fil-ħajja tal-familja”.

Diskors tal-President tal-Konferenza Episkopali Slovena u Arċisqof ta’ Llubjana, Mons Anton Stres, u tal-President tal-Komunita Islamika fis-Slovenja, Nedzad Grabus… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Lulju

Mattew 11,25-27

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. “Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-MISSJUNARJI MALTIN LI JINSABU MALTA

Is-Segretarjat għas-Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Maltin li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna (Secretariat for Maltese Priests Overseas, SMPO) ser jorganizza laqgħa ma’ l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għas-saċerdoti, reliġjużi u lajċi missjunarji li bħalissa jinsabu Malta għal btala. Din il-laqgħa se ssir nhar il-Ħamis, 15 ta’ Lulju, 2010, fl-4:30 p.m., f’Dar l-Emigrant, Valletta.

F’din il-laqgħa, il-missjunarji jkollhom l-opportunita’ jagħtu tagħrif dwar l-esperjenzi tagħhom fil-ħidma pastorali u missjunarja li qed iwettqu… Kompli aqra »

KNEJJES FIL-ĠERMANJA B’AWGURJU LILL-PRESIDENT FEDERALI L-ĠDID

“Knejjes Ġermanizi jwasslu l-awguri tagħhom lil Christian Wulff għall-fatt li kien elett President Federali tal-Ġermanja”. Dan jirrifletti l-messaġġ tal-President tal-Konferenza Episkopali, Mons Robert Zollitsch, u tal-President tal-Kunsill tal-Knisja Evanġelika, Nikolaus Schneider.

Mons Zollitsch qal li “l-President Federali l-ġdid qed jaċċetta l-kariga fi żmien mill-iktar diffiċli”. Schneider min-naħa tiegħu rrimarka “l-aspettattivi kbar u t-tamiet marbuta ma’ din l-elezzjoni”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Lulju

Mattew 11,20-24

Ġesù mbagħad qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies ta’ l-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »