Arkivji mensili: Awwissu 2010

L-IRLANDA TGĦIN LILL-VITTMI TAL-GĦARAR FIL-PAKISTAN

Kattoliċi madwar l-Irlanda kollha ngħaqdu sabiex jgħinu lill-madwar 20 miljun vittma tal-għarar fil-Pakistan permezz ta’ ġbir ta’ flus fil-knejjes. Il-Pakistan jingħad li ra l-agħar staġun ta’ xita f’sekli sħaħ, xita li kkaġunat għarar devastanti li wasslet għal madwar 2,000 mewt u laqtet mal-20 miljun persuna oħra. Kien irrappurtat li ż-żona milquta mill-għarar hi kbira daqs l-Ingilterra.

Trocaire, l-aġenzija ta’ żvilupp fi ħdan il-Kmnisja fl-Irlanda, qed taħdem qatigħ biex tipprovdi għajnuna immedjata lill-vittmi tal-għarar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Awissu

Mattew 23,27-32

Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajjda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ!  Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen!

Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tibnu l-oqbra lill-profeti, iżżejjnu l-monumenti tal-ġusti,  u tgħidu, ‘Kieku konna fi żmien missirijietna ma konniex nissieħbu magħhom u nxerrdu demm il-profeti,’ u b’hekk weħidkom tagħtu xhieda li intom ulied il-qattiela tal-profeti! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Awissu

Gwanni 1,45-51

Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?””Ejja u ara?” wieġbu Filippu. Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi?” qallu Natanjel,”int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael?” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Awissu

Mattew 23,13-33

“Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol! “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawwru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom! … Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR L-IMPORTANZA TAL-MADONNA, SULTANA, XEMPJU TA’ UMILTA

Pope addresses pilgrims at Castel Gandolfo

Fil-messaġġ tiegħu qabel it-talba tal-Angelus, il-Papa Benedittu XVI, tmint ijiem fuq is-solennita tal-Assunzjoni ta’ Marija, qal li l-liturġija tfakkar u tistieden lil kull wieħed u waħda minna għall-qima lejn il-Madonna “Sultana”. Omm Ġesu, iżid il-Papa kienet mogħtija importanza kbira għax kellha tkun omm Alla nnifsu.

Il-Papa jfakkar fil-kliem ta’ Ġesu nnifsu fil-vanġelu, “tal-aħħar jiġu l-ewwel u tal-ewwel jiġu l-aħħar” (Lq 13,30)… Kompli aqra »

23 – 29 ta’ Awwissu

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi quddiesa fil-Kappella tal-Kappucini Floriana, bhala bidu tal-pellegrinagg organizzat mill-Assocjazzjoni Volontieri Lourdes.

It-Tlieta

L-Erbgħa

8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi riċeviment organizzat mill-Għaqa Soċjali 8 ta’ Settembru fil-Mellieħa

Il-Ħamis

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju mit-twelid ta’ Madre Tereża, fil-Knisja Kolleġġjata ta’ Bormla… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22ta’ Awissu

Luke 13,22-30

Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom:  “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb  id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu, ‘Mulej, iftħilna.’ Iżda hu jweġibkom u jgħid, ‘Ma nafx mnejn intom.’ Mbagħad taqbdu tgħidulu, ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.’  Hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li m’hux sewwa!’[Lq:13:28][Lq:13:29] U jiġu nies mil-lvant u mill-punent, mit-tramuntana u min-nofsinhar, u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla.[Lq:13:30] U araw, hawn min hu ta’ l-aħħar u għad ikun l-ewwel, u hawn min hu ta’ l-ewwel u għad ikun l-aħħar.” Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ‘l barra… Kompli aqra »

TAIL LIFT COACH ĠDID GĦAD-DAR TAL-PROVIDENZA

Ir-residenti tad-Dar tal-Providenza, id-dar li tilqa’ fiha persuni b’diżabilita fis-Siġġiewi, issa għandhom aċċess ghal dak li jissejjah Tail Lift Coach li jesgħa tnejn u għoxrin passiġġier u jista’ jakkomoda għaxar siġġijiet tar-roti. Diversi kumpaniji flimkien mal-Malta Community Chest Fund ingħaqdu flimkien biex jgħinu lid-Dar tal-Providenza tixtri dan il-coach ġdid li ġie inawgurat il-Ħamis, 19 t’Awissu minn Mons. Arċisqof Pawl Cremona OP… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Awissu

Mattew 23,1-12

Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u   Fariżej. Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

ISQFIJIET AMERIKANI JENFASIZZAW IL-ĦTIEĠA TA’ NISA U TFAL FIL-ĦAITI

Haiti earthquake

Delegazzjoni tal-Konfereza tal-Isqfijiet Kattoliċi fl-Istati Uniti tal-Amerika nnutat li r-rikostruzzjoni f’Ħaiti hi kalma. Qalu wkoll li l-għadd ta’ nisa u tfal fil-pajjiż jeħtieġu protezzjoni mill-kriminalita.

Id-delegazzjoni qed tħejji rapport li għandu jiġi ppubblikat fil-jiem li ġejjin, u li fih se jkunu żvelati d-dettalji marbuta mal-vjaġġ lejn ir-reġjun tal-Karibew bejn is-26 ta’ Lulju u t-2 t’Awwissu. Il-kumitat tal-missjoni mmexxi mill-Arċisqof ta’ Miami Thomas Wenski u l-Isqof ta’ Brooklyn fi New York, vjaġġa lejn Ħaiti sabiex jassessja l-isforzi ta’ rikostruzzjoni wara t-terremot tat-12 ta’ Jannar li għadda… Kompli aqra »