IL-PAPA FIS-SINAGOGA TAL-LHUD F’RUMA BI TLIET PROPOSTI
18/01/2010great-synagogue-rome
Meta rrefera għar-rikonoxximent komuni tal-Lhud u l-insara għall-għaxar kmandamenti, il-Papa qal li t-tnejn jistgħu u għandhom jingħaqdu biex jiddefendu lil Alla, il-ħajja u l-familja. Il-Papa għamel din il-proposta meta żar is-sinagoga ta’ Ruma. Fil-verita, kien it-tieni Papa li żar is-sinagoga ta’ Ruma. Kien il-Papa Ġwanni Pawlu II li għamel l-ewwel żjara meta mar hemmhekk 24 sena ilu, preċiżament fl-1986. Din kienet it-tielet sinagoga li l-Papa Ġermaniż żar, wara dik f’Cologne u dik fi New York… Kompli aqra »