SANTA SEDE: AKTAR MINN ŻEWĠ MILJUNI JILTAQGĦU MAL-PAPA FL-2009
06/01/2010Bejn wieħed u ieħor, kienu 2,243,900 l-pellegrini li ltaqgħu mal-Papa Benedittu XVI waqt l-attivitajiet pubbliċi tiegħu li saru fil-Vatikan jew fir-residenza tiegħu ta’ Castel Gandolfo fl-2009, jiġifieri waqt l-udjenzi ġenerali u speċjali, ċelebrazzjonijiet liturġiċi u l-Angelus. L-aħbar ngħatat mill-Prefettura tal-Vatikan.
Fi stqarrija, il-Prefettura qalet li l-istatistika hi biss stima maħduma fuq talbiet formali għall-attendenza minn pellegrini fil-ħin tal-Angelus jew f’ċelebrazzjonijiet li jinżammu fi Pjazza San Pietru jew fil-bażilika tal-Vatikan… Kompli aqra »