Yearly Archives: 2010

UFFIĊJAL TAL-VATIKAN JILQA’ L-LEALTA LEJN IL-PAPA FIĊ-ĊINA

China

L-uffiċjal tal-Vatikan inkarigat mill-evanġelizzazzjoni laqa’ x-xiehda ta’ għaqda minn saċerdoti u Isqfijiet Ċiniżi mal-Knisja u sejjaħ konsegwenzi tad-dnub il-qasmiet fit-tali għaqda.

Il-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, il-Kardinal Ivan Dias, indirizza lill-Isqfijiet u s-saċerdoti taċ-Ċina f’ittra. Qalilhom li x-xiehda u l-messaġġi mibgħuta minnhom lill-kongregazzjoni missjunarja jimlew lil kulħadd b’konsolazzjoni u kuraġġ biex tibqa’ tixtered l-Aħbar it-Tajba ta’ Ġesu f’din l-art. Meta tkellem dwar l-importanza tal-Isqfijiet u s-saċerdoti bħala ‘operaturi tal-unita’, il-Kardinal Dias enfasizza l-element essenzjali tal-komunjoni mal-Papa… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA SAJF ‘KID START’

Nhar il-Hamis, 29 ta’ Lulju, 2010 kienet gurnata specjali u memorabbli ghal Kidstart Summer Club li jigi operat mill-Vista Coop fl-iskola St Theresa Junior Lyceum tal-iMriehel, li bi pjacir ta merhba sabiha lill-Arcisqof Pawlu Cremona.

Madwar 200 tifel u tifla ta’ bejn 8 u 11-il sena laqghu lill-Arcisqof b’kant filwaqt li offrewlu ikel ghall-familji fi bzonn.  Dawn gabruhom huma stess matul dik il-gimgha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Lulju

Mattew 13,54-58

Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta’ l-għaġeb? Dan m’huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m’hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet m’humiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?” U tfixklu minħabba fih… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE TIBGĦAT L-EWWEL NUNZJU FIR-RUSSJA

Russia flag

L-Arċisqof Antonio Mennini, sa issa ir-rappreżentant tal-Papa għall-Federazzjoni Russa, se jkun l-ewwel Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede għar-Russja.

L-Arċisqof ippreżenta l-ittri tal-kredenzjali tiegħu lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Sergej Lavrov fil-15 ta’ Lulju f’ċerimonja segwita minn laqgħa mill-iktar kordjali skont kif irrappurtata mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.

F’Diċembru li għadda, il-Papa Benedittu XVI u l-President Russu Dmitry Medvedev qablu li jtejbu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat għal relazzjonijiet diplomatiċi sħaħ, li jippermetti li l-livell ta’ rappreżentazzjoni tiftaħ il-bieb għal Nunzju Appostoliku u Ambaxxata… Kompli aqra »

Bidu uffiċċjali għas-sena tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Nhar it-13 ta` Awissu, 2010, ser nagħtu bidu uffiċċjali għas-sena tal-World Youth Day 2011. L-attivita` ser tieħu forma ta` Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Kunċert ta` mużika Kristjana f’atmosfera ta` festa għaż-żgħażagħ. Din ser issir fl-Imġarr, Malta bil-kollaborazzjoni taz-żgħażagħ Imġarrin li ġew ikkummissjonati li jikkoordinaw din il-festa. Il-Parroċċa tal-Imġarr tkun qed tħejji għall-festa ta` Santa Marija, u għalhekk ser ningħaqdu maż-żgħażagħ Imġarrin f’festa waħda… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Lulju

Gwanni 11,19-27

Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom minħabba ħuhom. Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar. Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma wkoll issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek.” Ġesù qalilha: “Ħuk jerġa’ jqum?” Qaltlu Marta: “Jiena naf li jerġa’ jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum.” Qalilha Ġesù: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja… Kompli aqra »

10,000 PERSUNA B’DIŻABILITA MISTENNIJA JŻURU MADRID

wyd-logo

Bi tħejjija għaż-żjara ta’ madwar 10,000 żagħżugħ u żagħżugħa b’diżabilita f’Madrid għaċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, għadd ta’ voluntiera qed jirċievu taħriġ speċjali biex ikunu jistgħu joffru l-għajnuna tagħhom.

Il-Fondazzjoni Alares iffirmat ftehim mal-organizzaturi tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ u l-kollaboratriċi, il-Fondazzjoni Vivo f’Madrid, dwar programm ta’ taħriġ tal-voluntiera biex jgħinu lill-persuni b’diżabilita.

Il-Fondazzjoni Alares hi kommessa li tgħallem lill-voluntiera sabiex jagħtu l-aħjar servizz possibbli… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Lulju

Mattew 13,44-46

“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.”  “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.” Kompli aqra »

IT-TQARBIN EWKARISTIKU

Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li b’effett mil-lum, it-Tlieta, 27 ta’ Lulju 2010, id-direttivi temporanji dwar it-Tqarbin Ewkaristiku huma revokati. Dawn kienu daħlu fis-seħħ f’Lulju tas-sena l-oħra minħabba każijiet ta’ Influwenza kawżata mill-virus A-H1N1. Din id-deċizjoni ttieħdet wara li l-Kurja ġiet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li f’pajjiżna m’hawnx aktar każijiet ta’ Influwenza kawżata mill-virus A-H1N1, u li huma wkoll ftit il-każijiet bħal dawn li jidhru fl-Ewropa… Kompli aqra »

IT-48 ANNIVERSARJU MILL-MEWT TA’ SAN ĠORĠ PRECA

Nhar it-Tnejn, 26 ta’ Lulju, 2010, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-kappella tal-Blata l-Bajda, flimkien ma’ grupp ta’ saċerdoti li jimxu fuq l-ispiritwalita’ ta’ San Ġorġ Preca, fl-okkażjoni tat-48 anniversarju mill-mewt tiegħu.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »