Arkivji mensili: Jannar 2011

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA PRIMARJA ‘A’ TA’ ŻABBAR

Il-Ħamis 20 ta’ Jannar 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-Kulleġġ Santa Margerita – Skola Primarja A Żabbar. Fl-iskola jattendu 468 tifel u tifla mill-Kindergarten I sal-Year 2. Il-Kappillan ta’ Ħaż-Żabbar, Fr Sebatian Caruana u l-Prinċipal tal-Kulleġġ Mr Stephen Cachia, akkumpanjaw lill-Arċisqof. Kif daħal fil-playground tal-iskola l-Arċisqof sab jilqgħuh it-tfal ixejru bnadar ta’ Malta u tal-Vatikan. Imbagħad it-tfal kantaw ‘O Happy Day’… Kompli aqra »

IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET PRESEDUTI MILL-PAPA MINN FRAR S’APRIL

L-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa lbieraħ ippubblika l-kalendarju ta’ ċelebrazzjonijiet li se jkun qed jippresiedi l-Papa bejn Frar u April.

FRAR

L-Erbgħa 2: Festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesu u l-Jum Dinji tal-Ħajja Ikkonsagrata. Fil-5.30pm fil-Bażilika tal-Vatikan, isiru l-Vespri minn membri tal-Istituti għall-Ħajja Ikkonsagrata u s-Soċjetajiet tal-Ħajja Appostolika.

Is-Sibt 5: Fl-10am fil-Bażilika tal-Vatikan, issir quddiesa u ordinazzjoni episkopali.

It-Tnejn 21: F’nofsinhar fl-Awla tal-Konċistorju, isir Konċistorju għal ċertu kawżi għall-kanonizzazzjoni… Kompli aqra »

“GĦIXU ĦAJJA KONFORMI MAL-VANĠELU”

L-uffiċċju Stampa tal-Vatikan, ippreżenta l-messaġġ għall-45 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, bit-tema għal din is-sena tkun “Il-Verita, il-Proklamazzjoni u l-Awtentiċita tal-Ħajja fl-era diġitali”.

L-Arċisqof Claudio Maria Celli, Mons Paul Tighe u Mons Giuseppe Antonio Scotti flimkien ma’ Angelo Scelzo, fil-karigi ta’ President, Segretarju, Segretarju aġġunt u sotto-segretarju rispettivament, ħadu sehem fil-konferenza stampa.

F’dan il-messaġġ, ħareġ ċar l-appell għal konformita għall-vanġelu, wisq iżjed fil-ħajja tal-lum karatterizzata mill-iżviluppi teknoloġiċi li qed iġibu bidliet fis-sistema tal-komunikazzjoni… Kompli aqra »

ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TAL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra r-raba’ anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta, nhar il-Ħadd, 30 ta’ Jannar 2011, fil-5.30 p.m. Is-saċerdoti kollha huma mistiedna jikkonċelebraw u kulħadd huwa mistieden jattendi.

Nhar it-Tlieta 25 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra għeluq il-65 sena tiegħu. Mons. Cremona twieled fl-1946. Hu ġie ordnat Isqof fis-26 ta’ Jannar 2007. Dakinhar huwa beda wkoll il-missjoni pastorali tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta… Kompli aqra »

AĠĠORNAMENT FIR-REGOLAMENTI GĦAD-DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA

The regulations for entry into Church schools have been updated since they were first published in December 2010.

Recently a decision to re-organise some of the Church’s Kindergarten schools was taken by Church School officials and the Heads of the Church Kindergarten schools.  This has resulted in 32 boys and 33 girls less vacancies in Kindergarten 1 and 31 boys and 32 girls more vacancies in Kindergarten 2… Kompli aqra »

INKONSISTENZA

Il-kontorni tad-dibattitu nazzjonali dwar jekk f’Malta għandhiex tiddaħħal leġiżlazzjoni li tippermetti lill-koppji miżżewġin biex jiddivorzjaw, kulma jmur qed jiffurmaw irwieħhom.

Fl-aħħar ħmistax rajna l-ewwel it-twaqqif tal-moviment ‘Żwieġ bla Divorzju’, moviment li jsostni li d-dħul tad-divorzju mhix għażla għaqlija hekk kif dan ibiddel in-natura taż-żwieġ. Sussegwentement, il-‘Moviment Iva Għad-Divorzju’ nieda l-logo tiegħu li jġib il-kliem: ‘Iva għad-Divorzju, Iva għaż-Żwieġ’.

Irridu nistqarru li l-logo magħżul mill-moviment favur id-dħul tad-divorzju f’Malta għalina jqajjem għadd ta’ mistoqsijiet li jitolbu tweġiba, primarjament dwar il-konsistenza bejn iż-żewġ frażijiet li jikkomponu dan l-istess logoKompli aqra »

ĊENTRU ISLAMIKU JIFFRIŻA D-DJALOGU MAL-VATIKAN TALLI DDEFENDA LILL-INSARA FL-EĠITTU

Il-Kunsill Islamiku ta’ Riċerka fl-Universita ta’ al-Azhar, l-ogħla awtorita tas-Sunni Islam, iffriża d-djalogumal-Vatikan bi protesta għad-difiża tal-insara fl-Eġittu mill-Papa Benedittu XVI. Dan hu l-aħħar minn sensiela ta’ żviluppi fir-relazzjonijiet bejn l-Eġittu u l-Vatikan, liema relazzjonijiet qatgħu lura wara l-attakk fuq il-Knisja Nisranija Kopta f’Alessandria fl-1 ta’ Jannar 2011. Dan l-attakk kien ħalla iktar minn 20 persuna mejta.

Wara li fl-aħħar ħmistax, il-Papa rrefera mill-ġdid għall-attakk ta’ ftuħ dis-sena, il-ġimgħa li għaddiet l-Eġittu fakkret lill-Ambaxxatriċi tagħha għas-Santa Sede, Lamia Aly Hamada Mekhemar… Kompli aqra »

24 – 30 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. Arcisqof Bekhomious, l-ewwel Assistent tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Shenouda III, Papa ta’ Alessandrija u Patrijarka tal-Knisja Ortodossa Kopta.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur is-sorijiet f’Dar San Ġuzepp, Żabbar.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ man-nies tal-parroċċa ta’ Żabbar, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

7.30 p.m… Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA GĦAL EŻEMPJU MORALMENT TAJJEB MILL-UFFIĊJALI PUBBLIĊI

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI qal li l-uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu ta’ eżempju morali qawwi. Hu mifhum li dan hu l-ewwel kumment uffiċjali tal-Papa wara li fl-Italja xterdet l-aħbar marbuta mal-allegat skandlu sesswali li jinvolvi l-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi.

Minkejja li isem Berlusconi ma ssemmiex mill-Kap tal-Knisja Kattolika, dawn il-kummenti kienu diġa espressi mid-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone li wera tħassib għall-kwistjoni… Kompli aqra »