FUNERAL TAL-ARĊISQOF EMMANUEL GERADA
21/01/2011Nhar it-Tnejn, 24 ta’ Jannar, 2011, fl-4.00 p.m. jitlaq il-funeral mill-Isptar Mater Dei għall-parroċċa taż-Żejtun, fejn kien joqgħod l-Arċisqof Gerada. Fl-4.30 p.m. il-korteo funebri jasal f’Misraħ Karlu Diacono minn fejn jibda korteo mill-kleru, għaqdiet reliġjużi u soċjali sal-Oratorju (ħdejn il-Knisja Parrokkjali) fejn isir talb b’suffraġġju ta’ Monsinjur Arċisqof u wara jitqiegħed għall-qima tal-pubbliku sat-8.00 p.m.
It-Tlieta, 25 ta’ Jannar, 2011, l-Oratorju jerġgħa jiftaħ fis-7.30 a.m… Kompli aqra »