Arkivji mensili: April 2011

IL-PAPA JAPPELLA LILL-KROAZJA BIEX TIVVALUTA L-GĦERUQ INSARA TAGĦHA FL-EWROPA

Croatia's EU membership

Il-Papa Benedittu XVI appella lill-Kroazja  sabiex tonora u tipproteġi l-wirt nisrani tagħha issa li qed toqrob lejn is-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea. Il-Papa qal li l-Kroati jistgħu jaċċertaw irwieħhom mill-appoġġ tal-Knisja fl-isforzi ta’ pajjiżhom għal tiġdid politiku, ekonomiku u reliġjuż, 20 sena wara d-dikjarazzjoni tal-Indipendenza mill-ex Yugoslavia. Il-Kap tal-Knisja Kattolika għadda l-kummenti tiegħu fl-okkażjoni tal-preżentazzjoni tal-ittri tal-kredenzjali ta’ Filip Vucak bħala l-Ambaxxatur il-ġdid tal-Kroazja għall-Vatikan… Kompli aqra »

IL-VATIKAN QUDDIEM IL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI

Irregular Immigration

Il-Kelliem għall-Vatikan, Patri Federico Lombardi, poġġa fit-talb tiegħu lil mijiet ta’ nies li riċentament mietu fil-baħar Mediterran waqt li kienu qed jaħarbu mill-kunflitt ta’ pajjiżhom fl-Afrika ta’ Fuq. Biss biss, minħabba s-sitwazzjoni mill-iktar instabbli u l-kunflitti f’diversi pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq, mat-22,000 immigrant, fil-maġġorparti tagħhom Tuneżini, skont il-Ministeru tal-Intern Taljan,waslu f’Lampedusa. Dan minbarra n-numru ta’ dawk li waslu jew li kienu salvati u nġiebu f’Malta… Kompli aqra »

LAQGĦAT TA’ TALB GĦALL-FAMILJI

Matul il-ġimgħat li ġejjin, is-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat għal-Lajċi se jkun qed jorganizzaw tmien laqgħat ta’ talb għall-familji.

Dawn il-laqgħat huma indirizzati għall-Insara Maltin kollha u matulhom, lajċi, saċerdoti u reliġjużi se jkunu qed jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha.

Il-laqgħat se jkunu jinkludu r-rużarju tal-familja u adorazzjoni Ewkaristika.

Il-laqgħat se jsiru fi tmien lokalitajiet differenti madwar Malta u kull darba jkunu indirizzati b’mod speċjali għal persuni minn unitajiet pastorali fil-viċin… Kompli aqra »

STEDINA GĦAL TAĦDITA DWAR IL-ĦAJJA U L-ISPIRITWALITA’ TA’ SUOR ENRICHETTA ALFIERI

Nhar it-Tlieta 12 ta’ April, 2011,  fis-6.30 p.m. ser tiġi organiżżata taħdita dwar Sr Enrichetta Alfieri, soru tal-Karità ta’ Santa Giovanna Antida li għal 30 sena ħadmet fil-ħabs San Vittore ta’ Milan u li ser tkun ibbeatifikata f’Ġunju li ġej. Sr Enrichetta Alfieri hija magħrufa għar-riskji li ħadet sabiex tgħin lill-Lhud ħalli ma jiġux maqbuda, arrestati u maqtula min-Nażisti. Spiċċat maqbuda u mixħuta f’ċella fl-istess ħabs fejn stinkat bla heda fl-appostolat tagħha… Kompli aqra »

KUMMISSJONI TAL-VATIKAN SE TIDDISKUTI L-ISFIDI FIĊ-ĊINA

Il-Kummissjoni li l-Papa Benedittu XVI waqqaf fl-2007 biex tistudja l-kwistjonijiet ewlenin quddiem il-Knisja fiċ-Ċina, se tkun qed tiltaqa’ dil-ġimgħa fil-Vatikan. L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan ħabbar li l-Kummissjoni se tkun qed tiltaqa’ fuq firxa ta’ tliet ijiem.

Il-komunikat spjega li l-Kummissjoni hi magħmula mill-kapijiet tad-dekasteri tal-Kurja ta’ Ruma li għandhom kompetenza f’das-settur, flimkien ma’ rappreżentanti tal-episkopat Ċiniż u kongregazzjonijiet reliġjużi Ċiniżi.

Din se tkun ir-raba’ laqgħa tal-Kummissjoni… Kompli aqra »

MESSAĠĠ LILL-PAPA BENEDITTU XVI FL-OKKAŻJONI TAL-EWWEL ANNIVERSARJU MIŻ-ŻJARA TIEGĦU F’MALTA

Il-filmat li jidher hawn fuq intwera fil-bidu taċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika li saret fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Ħadd 10 ta’ April, 2011, fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju miż-Żjara Pastorali f’Malta tal-Papa Benedittu XVI. Il-messaġġ li jidher hawn taħt, indirizzat lill-Qdusija Tiegħu, inqara fi tmiem l-istess Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr iċċelebrata mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP, l-Isqfijiet Maltin u n-Nunzju Appostoliku Tommaso Caputo.


Kompli aqra »

EZERĊIZZI TAR-RANDAN GĦALL-PERSUNI SEPARATI

Il-Kummissjoni Djoċesana Familja din is-sena wkoll qed torganizza ezerċizzi spiritwali tar-Randan li huma ndirizzati għall-persuni separati. Dawn l-ezerċizzi bit-tema ‘Nimxi Waħdi?’ ser jitmexxew minn Mons. Anton Gouder. L-ezerċizzi jibdew għada t-Tnejn 11 ta’ April, sal-Ġimgħa 15 ta’ April, 2011, fis-7pm, fil-Knisja ta’ Sarrija, Floriana.

Matul dawn il-ħamest ijiem, Mons. Gouder ser jitkellem fost oħrajn dwar il-valur tat-tbatija, il-maħfra, u l-esperjenza t’Alla fil-ħajja tal-bniedem… Kompli aqra »

11 – 17 ta’ April

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa mas-seminaristi ndividwalment u jibqa magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’.

8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi programm mużikali b’tifikra tal-E.T. Mons. Isqof Joe Grech, u l-ftuħ tal-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira, fil-kazin tal-banda S… Kompli aqra »

L-ATTEĠĠJAMENT TA’ ĦAFNA MALTIN QUDDIEM IT-TRAĠEDJA TAL-IMMIGRANTI MA JAGHMILX SENS

“Xi minn daqqiet, tingħata l-impressjoni li l-bniedem irid jagħmel bħal Pilatu u jaħsel idejh mill-immigranti li qed ifittxu li jaħarbu mill-Afrika ta’ Fuq.

“L-atteġġjament ta’ ħafna Maltin quddiem it-traġedja tal-immigranti ma jagħmilx sens, l-iktar meta wieħed iqis li li kieku ‘nqatlu’ xi tajr, ġustament kien isir plejtu; imbagħad, ‘jinqatlu’ dawn il-persuni kollha, u nibqgħu siekta!”

Hekk qal lil IL-ĠENSillum online l-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, b’reazzjoni għat-traġedji li seħħew fil-jiem li għaddew fiċ-ċentru tal-Mediterran, u fid-dawl ta’ stqarrija li ħarġu iktar kmieni din il-ġimgħa l-Isqfijiet Ewropej dwar il-ħtieġa ta’ għajnuna għal refuġjati li qed jaħarbu mill-Afrika… Kompli aqra »