Arkivji mensili: Mejju 2011

JUM IL-KARITA’

“Il-ħaddiema fid-djar tal-Knisja huma mħarrġa biex jaraw lil Ġesù Kurċifiss f’dawn in-nies li qed ibatu”. “Il-Knisja sakemm hu possibbli tkompli fuq l-eżempju ta’ Ġesù tgħin u tieqaf mal-persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna”.

Hekk qalu rispettivament lil IL-ĠENSillum online id-Direttur tal-Kummissjoni Djoċesana ‘Ejjew Għandi’ risponsabbli mid-Djar għat-Tfal, Fr Victor Zammit McKeon, u ċ-Ċerpersin tal-Kummissjoni għad-Djar tal-Knisja għall-Anzjani, Fr Valentino Borg… Kompli aqra »

APPELL GĦAL DIREZZJONI TAL-VATIKAN DWAR PRINĊIPJI ETIĊI

Il-kattoliċi qed jistennew għal direzzjoni u vuċi ikbar mill-Vatikan dwar prinċipji etiċi għad-dinja finanzjarja u ambjentali. Dan qaluh parteċipanti li attendew Konferenza dwar il-Ġustizzja Soċjali fid-dinja globalizzata. Huma madwar 200 il-persuni fi ħdan il-Knisja involuti fil-kwistjonijiet ta’ġustizzja soċjali, li qed jieħdu sehem fil-Konferenza Internazzjonali organizzata mill-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi. Il-Konferenza tfakkar il-50 anniversarju mill-enċiklika soċjali tal-Beatu Papa Ġwanni XXIII ‘Mater et Magistra’.

Il-Konferenza kellha fost oħrajn tara kif it-tagħlim soċjali tal-Knisja, inkluż dak miġbur fl-enċiklika tal-Papa Benedittu XVI ‘Caritas in Veritate, tal-2009, jista’ jkun applikat biex iġib ġustizzja ikbar fid-dinja aktar globalizzata tal-lum… Kompli aqra »

LAQGĦAT DWAR ‘IŻ-ŻWIEĠ U L-FAMILJA’

Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M., qed torganizza tliet laqgħat dwar iż-‘Żwieġ u l-Familja’. Il-laqgħat se jsiru fid-Dar Ġenerali tal-M.U.S.E.U.M., il-Blata l-Bajda, skont dan il-programm:

L-Erbgħa 18 ta’ Mejju:   ‘Iż-Żwieġ Nisrani: Mixja ta’ Qdusija’

Il-Ħamis 19 ta’ Mejju:   ‘It-Tagħlim tal-Knisja dwar iż-Żwieġ u l-Familja’

Il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju: ‘Sfidi, Diffikultajiet u Għajnuniet fil-Ħajja taż-Żwieġ u tal-Familja‘

Il-laqgħat jibdew fis-7.00 p.m.  … Kompli aqra »

IL-VATIKAN U L-LINJI GWIDA DWAR ABBUŻI SESSWALI

L-Isqfijiet ngħataw sena sabiex idaħħlu linji gwida ta’ kif jitrattaw każi ta’ abbużi sesswali ta’ minuri minn membri tal-kleru u reliġjużi. Dan irriżulta minn tliet dokumenti tal-Vatikan ippubblikati t-Tnejn. Din it-talba saret f’Ittra ċirkolari, b’introduzzjoni u spjega fil-qosor, ippubblikata mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.

L-Ittra tipprovdi sett ta’ prinċipji li jgħinu lill-Konferenzi Episkopali jistabbilixxu linji gwida, li jassiguraw li l-Knisja Universali tkun qed twieġeb għall-każi konsistenti ta’ abbużi f’diversi pajjiżi… Kompli aqra »

LAQGĦAT TA’ TALB GĦALL-FAMILJI

Nhar it-Tlieta 10 ta’ Mejju, 2011,  saret laqgħa oħra ta’ Talb għall-Familji fis-Santwarju ta’ Santa Teresa, B’Kara bis-sehem tal-Parroċċi  li jiffurmaw parti minn Unità 2, 3 u 4.  Numru sabieħ ta’ nies attendew fosthom sorijiet u patrijiet mid-diversi kommunitajiet, kappillani u lajċi.

Dawn il-laqgħat qed jiġu organiżati mis-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat tal-Lajċi li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna.  … Kompli aqra »

KONFERENZA TIFFOKA FUQ IT-TAGĦLIM SOĊJALITAL-KNISJA

Konferenza sponsorjata mill-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi qed tirrifletti fuq it-tagħlim soċjali tal-Knisja, speċjalment fil-kuntest tal-inġustizzji u l-globalizzazzjoni tad-dinja tal-lum. Fir-rigward tar-riżultati mistennija mill-Kungress, l-Isqof Mario Toso, segretarju tad-dekasteru, spjega li “nisperaw li jkun hemm kuxjenza ġdida dwar l-importanza tal-mobilizzazzjoni tal-komunitajiet ekkleżjali u assoċjazzjonijiet lajċi varji fir-rigward tal-problemi dinjija”.

Il-Kungress Internazzjonalita’ tliet ijiem bit-tema “Ġustizzja u Globalizzazzjoni: Minn ‘Mater et Magistra’ għal ‘Caritas in Veritate’” qed isir f’Ruma… Kompli aqra »

PROFESSUR KEVIN AVRUCH LECTURE 2011


Religion, Conflict and Violence in Contemporary and Historical Perspective

Professor Kevin Avruch

On Monday 16th May, 2011, the Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) is organizing a Public Lecture on ‘Religion, Conflict and Violence in Contemporary and Historical Perspective’. The guest speaker will be Professor Kevin Avruch, The Henry Hart Rice Conflict Resolution Institute for Conflict Analysis and Resolution George Mason University… Kompli aqra »

PASS HI+HU ĊELEBRAZZJONI TAL-FAMILJA

On the occasion of the International Day dedicated to the Family, which was celebrated on May 15th, 2011, the Diocesan Commission for the Family together with the Pastoral Secretariat of the Church in Malta organized a day long activity for all Maltese families, at the grounds and complex of the Malta Fairs & Conventions Centre (MFCC), Ta’ Qali.

The activity organised this year was given the name ‘Pass hi + hu’, with reference to the traditional game of Hopscotch (Passju)… Kompli aqra »

16 – 22 Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

L-Erbgħa

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ numru ta’ żgħażagħ li qegħdin fi żmien ta’ riflessjoni dwar il-vokazzjoni saċerdotali tagħhom, fis-Seminarju,  tal-Virtu’… Kompli aqra »

IL-KNISJA TGĦALLEM DWAR IL-FAMILJA ANKI JEKK TBATI

Il-Knisja se tkompli twassal messaġġ favur żwieġ stabbli u għalhekk anki kontra d-divorzju u tħeġġeġ lill-Insara jinvolvu ruħhom b’mod attiv fil-ħajja soċjali u politika, u dan minkejja li jkollha tbati minħabba f’hekk.

Din kienet, f’sinteżi, it-tema ta’ messaġġ li ta’ l-Arċisqof Pawl Cremona OP waqt laqgħa maċ-chairperson u r-rappreżentanti tal-Moviment Żwieġ Bla Divorzju, fir-residenża tiegħu Ħ’Attard.

Fil-messaġġ tiegħu l-Arċisqof saħaq li li l-Knisja f’Malta, l-istess kif għamlet f’pajjiżi oħra, trid tkompli twassal it-tagħlim kollu ta’ Kristu dwar iż-żwieġ stabbli u fl-istess ħin tkompli ddawwal lil dawk li jemmnu fih biex iwettquh… Kompli aqra »