Arkivji mensili: Ġunju 2011

ŻJARA EKUMENIKA FIR-RUSSJA

Il-Kardinal Roger Etchegaray, ikkunsidrat qrib sew tal-mexxejja tal-Knisja Ortodossa Russa, żar ir-Russja għal Pentekoste u stieden lil kulħadd jimxi wara l-Ispirtu, lejn relazzjonijiet aħjar bejn iż-żewġ knejjes.

Il-Kardinal Etchegaray huwa Viċi-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Huwa serva bħala President tal-Kunsilli Pontifiċji Cor Unum u dak għall-Ġustizzja u l-Paċi.

F’nofs dan ix-xahar huwa kien f’San Pietruburgu, fejn beda ż-żjara ekumenika tiegħu b’talb fuq il-qabar tal-Metropolitan Nikodemu, li żar SanPietruburgu madwar 30 sena ilu… Kompli aqra »

DIVORZJU: ‘IL-BLUHA TA’ MALTA’

“Bla dubju kien ikun aħjar għal Malta kienu tgħallmet mill-iżbalji tad-dinja moderna qabel ma għaġlet biex tingħaqad magħha.”

Hekk ikkummenta l-editur maniġerjali ta’ First Things, Meghan Duke, dwar ir-referendum li sar ħmistax ilu u li għamilha possibbli li d-divorzju issa jibda jagħmel parti mil-leġislazzjoni ta’ pajjiżna.

First Things hu ġurnal online ippubbikat fl-Istati Uniti minn The Institute on Religion and Public Life… Kompli aqra »

QALB IL-KNISJA DEJJEM ĦABTET MA’ QALB IL-FAMILJI MALTIN – L-ARĊISQOF

F’messaġġ waqt Quddiesa għall-attivisti tal-Moviment Żwieġ Bla Divorzju, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. qal li xtaq li l-Knisja kienet f’pożizzjoni li tikkontribwixxi għajnuna finanzjarja akbar biex il-Moviment jinforma lin-nies bl-effetti ħżiena tad-divorzju: “Wettaqna dmirna meta kkontribwejna finanzjarjament biex ma jidħolx id-divorzju f’pajjiżna.”

L-Arċisqof irringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex jiddefendu ż-żwieġ u l-familja matul il-kampanja referendarja u qal li xtaq juri l-apprezzament tiegħu lejn l-attivisti tal-Moviment u l-familji tagħhom li ħadmu b’tant sagrifiċċju biex iwasslu l-messaġġ tagħhom… Kompli aqra »

IL-KNISJA TIMMULTIPLIKA R-RIŻORSI BIEX TIĠĠIELED L-ABBUŻ SESSWALI

sexual abuse

Konferenza fl-Universita Gregorjana Pontifiċja fi Frar u ġabra elettroinka ta’ informazzjoni bl-aqwa prattiċi u b’riżultati ta’ riċerka, huma żewġ mezzi oħra li l-Knisja qed toffri biex issaħħaħ ir-riżorsi tagħha fil-ġlieda globali kontra l-abbuż sesswali.

Il-Konferenza, li se ssir bejn is-6 u t-8 ta’ Frar 2012, se tiffoka fuq it-tema “Toward Healing and Renewal” – Lejn fejqan u tiġdid. Dettalji dwarha tħabbru f’konferenza fil-jiem li għaddew… Kompli aqra »

LAQGĦA TA’ DJALOGU EKUMENIKU

In-natura tal-Ministeru huwa t-titolu tal-laqgħa ta’ djalogu li sa jsir nhar il-Ħamis, 23 ta’ Ġunju, 2011. Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council) jistiednu lil kulħadd jattendi. Il-laqgħa sa ssir bejn is-6-7 p.m., f’St.Andrew’s House, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jaqsam il-veduti tiegħu. Persuni minn denominazzjonijiet nsara differenti jista jkollhom fehmiet l-istess jew differenti fuq is-suġġett. Kompli aqra »

IL-PAPA F’SAN MARINO: ‘MERĦBA U KUNDIZZJONIJIET DINJITUŻI LIR-REFUĠJATI’.

“F’din l-art ukoll, l-Imqaddsa Marija Santissma tingħata qima f’diversi bażiliċi. Lilha nafda lill-popolazzjoni kollha ta’ San Marino-Montefeltro, partikolarment lill-persuni li qed isofru fil-ġisem u fir-ruħ”. Din kienet id-dikjarazzjoni tal-Papa Benedittu XVI qabel ma talab it-talba tal-Angelus fl-istejdjum ta’ Serravalle waqt il-żjara pastorali tiegħu fid-djoċesi ta’ San Marino.

Il-Papa fakkar ukoll fil-beatifikazzjoni ta’ Sor Magerita Rutan tas-Sorijiet tal-Karita. “Fit-tieni nofs tas-seklu 18, hi ħadmet b’impenn kbir fl-isptar ta’ Dax fi Franza, biex eventwalment fil-persekuzzjoni traġika li segwiet ir-Rivoluzzjoni, hi kienet ikkundannata għall-mewt minħabba l-fidi kattolika tagħha u l-fedelta tagħha lejn il-Knisja”… Kompli aqra »

20 -26 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jindirizza l-Konferenza tas-Superjuri Reliġjużi Ewropej u wara jiekol magħhom, f’ Dar Mount St.Joseph.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-E.T. Brand Brawn, Ambaxxatur tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’viżta qabel itemm il-missjoni diplomatika tiegħu f’Malta.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja… Kompli aqra »

FILM DWAR GWANNI PAWLU II F’MALTA

Ilbieraħ ġie muri għall-ewwel darba f’Malta l-film dwar il-Papa Ġwanni Pawlu II “John Paul II, I kept looking for you…”. Dan wara li t-Teatru tal-Opra Aurora (Soċjetà Filarmonika Leone) akkwista d-drittijiet għal dan il-film internazzjonali.

Il-produzzjoni Pollakka, li ġiet deskritta mill-kelliemi għall-istess teatru, Matthew Sultana, bħala waħda li “tagħti ħarsa lejn il-personalità u l-ministeru ta’ dan il-Papa rivoluzzjonarju tas-seklu 20”, ġiet murija għall-ewwel darba fl-istess teatru fir-Rabat, Għawdex, waqt gala premiere… Kompli aqra »

L-ISQFIJIET FL-EWROPA JIFFUKAW FUQ L-EVANĠELIZZAZZJONI L-ĠDIDA

CCEE

Il-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali tal-Ewropa, is-CCEE, qed idawwar ħarstu lejn l-evanġelizzazzjoni l-ġdida, b’żewġ laqgħat skedati fuq is-suġġett matul dan ix-xahar. Bdiet diġa laqgħa tas-Segretarji Ġenerali u sa tmiem il-ġimgħa ssegwi laqgħa tal-Uffiċjali tal-Komunikazzjoni li se tħares lejn l-evanġelizzazzjoni l-ġdida fil-kontinent Ewropew.

Stqarrija tal-Kunsill tal-Konferenzi Epsikopali Ewropej innotat li dinhi l-ewwel darba li s-Segretarji Ġenerali ul-Uffiċjali tal-Komunikazzjoni tlaqqgħu flimkien biex jiddiksutu l-kwistjoni tal-komunikazzjoni tal-Knisja… Kompli aqra »