Arkivji mensili: Ottubru 2011

IS-SAGRIFIĊĊJU TAL-EWKARISTIJA

Dan id-DVD jikkonċentra fuq it-tifsira tal-frażi ‘Kristu huwa l-Ħaruf t’Alla’. Tony Mahoney għamel riċerka fit-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid  dwar dan is-suġġett bl-għajnuna ta’ bosta kotba siewja u wara niseġ kollox b’riżultat ta DVD sabiħ u ċar.

Għenu f’din il-produzzjoni: Joe Gatt li ħareġ bl-ideja oriġinali ta’ katekeżi fil-qosor qabel il-Quddiesa; Tony Mahoney, għall-kitba, għall-għażla tal-mużika u għall-qari; Peter Gatt, għall-għażla bir-reqqa ta’stampi u grafika li jaqblu mat-test, mingħajr ma jtellfu mill-attenzjoni ta’ l-ispjegazzjoni; Patrick Spiteri għall-fotografija artistika tal-partijiet tal-Quddiesa; Marika Gatt, li kienet responsabbli għar-rikording, u għall-paċenzja u d-dedikazzjoni biex tat l-aħħar daqqa t’għajn professjonali, u Kurt Mahoney għax-xogħol tal-LightScribing… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-M.U.S.E.U.M. TAL-BNIET U KOMUNITAJIET TAS-SORIJIET

Nhar il-Erbgħa 20 ta’ Ottubru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-bniet li jattendu katekeżi fil-qasam tal-MUSEUM tal-bniet.

Nhar il-Ħamis 21 ta’ Ottubru 2011, l-Arċisqof iltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Dorotej, u wara ‘ltaqa’ mal-komunita’ Ulied il-Qalb ta’ Ġesu’, r-Rabat.

Click on the photos to enlarge… Kompli aqra »

L-IMMIGRAZZJONI U L-EVANĠELIZZAZZJONI L-ĠDIDA

Immigrants

“L-Immigrazzjoni u l-Evanġelizzazzjoni l-ġdida” hija t-tema li l-Papa Benedittu XVI għazel għall-Jum Dinji ddedikat lill-Immigrazzjoni u r-Refuġjati 2012, li se tkun iċċelebrata fil-15 ta’ Jannar 2012.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa qal li “l-proklamazzjoni ta’ Kristu bħala s-Salvatur waħdieni, tikkostitwixxi l-missjoni essenzjali tal-Knisja. Hija missjoni li s-soċjeta tal-lum qed tagħmel iktar urġenti. Tant hu hekk, li llum tinħass aktar il-ħtieġa ta’ palata u approċ ġdid għall-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni, f’dinja li qed tiffaċċja sfidi u proċessi ġodda ta’ globalizzazzjoni”… Kompli aqra »

F’ASSISI, RELIĠJONIJIET FI VJAĠĠ LEJN IKTAR ĠUSTIZZJA U PAĊI

A day in Assisi commemorating the interreligious meeting by Pope John Paul II in October 27, 1986

Konferenza tal-aħbarijiet tat dettalji tal-avveniment ta’ ġurnata ta’ riflessjoni, djalogu u talb għall-paċi u l-ġustizzja fid-dinja – Pilgrims of Truth, Pilgrims of Peace – li se jsir f’Assisi nhar is-27 ta’ dan ix-xahar t’Ottubru.

Billi sejjaħ l-avveniment ‘Ġurnata f’Assisi’, il-Papa Benedittu XVI qal li jixtieq ifakkar il-25 anniversarju tal-laqgħa storika li saret hemm mill-Papa predeċessur tiegħu, Ġwanni Pawlu II, fl-1986… Kompli aqra »

STQARRIJA MIS-SOĊJETA’ MISSJUNARJA TA’ SAN PAWL

Il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, il-bieraħ, it-Tnejn 17 ta’ Ottubru 2011, infurmat lis-Superjur Ġenerali tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kaz ta’ Fr Godwin Scerri mssp

Id-deċiżjoni tal-Kongregazzjoni hija li Fr Godwin Scerri huwa ħati ta’ abbuż u għalhekk tneħħa mill-istat klerikali imma jibqà membru tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IĊ-ĊENTRU KATEKETIKU TAL-BAĦRIJA

Nhar it-Tnejn, 17 ta’ Ottubru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tal-Katekeżi tal-Baħrija, Rabat, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

APPELL LILL-GVERNIJIET FIL-JUM DINJI TAL-IKEL

The food crisis across the entire world, especially in the Horn of Africa

“L-isforzi tal-Gvernijiet u ta’ komponenti varji tal-komunita internazzjonali għandhom ikunu lkoll orjentati lejn għazliet effettivi għal espressjoni konkreta tad-dritt tal-ħajja fl-isfond tal-karba ta’ min jinsab fil-ġuħ  – id-dritt tal-ħajja li ħafna drabi hu solennement proklamat pero ferm ‘il bogħob milli implimentat”, huwa l-kumment f’forma t’appell li l-Kap tal-Knisja Kattolika għadda b’riflessjoni wara l-jum li fakkar l-ikel madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA GRUPPI DIFFERENTI TAL-PARROĊĊA TAR-RABAT

Nhar il-Erbgħa 12 ta’ Ottubru, 2011 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ fis-Sala St Patrick mal-animaturi fl-Evanġeliżżazzjoni, ir-Rabat.

Nhar il-Ħamis, 13 ta’ Ottubru, 2011 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-komunita’ tas-Sorijiet Agostinjani tar-Rabat. Aktar tard iltaqa’ fis-Sala St Patrick mal-Kummissjoni Familja u Koppji Mexxejja tar-Rabat.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

40 ANNIVERSARJU TAL-GRUPPI FAMILJI NSARA

Nhar is-Sibt, 15 ta’ Ottubru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-40 Anniversarju tal-Gruppi Familji Nsara tal-Moviment ta’ Kana.

AGĦFAS HAWN biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof f’din l-okkażjoni.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »