Arkivji mensili: Novembru 2011

IL-ĦAJJA UMANA U D-DINJITA GĦANDHOM DEJJEM IKUNU SALVAGWARDJATI

Fl-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede saret il-preżentazzjoni tas-26 Konferenza Internazzjonali organizzata mill-Kunsill Pontifiċju għall-Kura Pastorali fil-qasam tas-saħħa. Il-Konferenza se jkollha t-tema “Health Pastoral Care, Serving Life in the Light of the Magisterium of Blessed John Paul II” – u se tkun qed issir bejn il-Ħamis u s-Sibt.

Waqt il-preżentazzjoni, l-Arċisqof Zygmunt Zimowski, President tal-Kunsill Pontifiċju rispettiv, qal li l-Konferenza għandha l-għan li tassigura li “t-tagħlim tal-Beatu Ġwanni Pawlu II fuq il-vanġelu tal-ħajja, u t-traduzzjoni ta’ dak it-tagħlim għall-attivita pastorali tal-Knisja, isejħu lil dawk kollha involuti u ta’ rieda tajba sabiex iħobbu l-ħajja u jgħixuha b’servizz, speċjalment lejn min hu dgħajjef u qed ibati”… Kompli aqra »

FIERA TAL-KOTBA S-SEMINARJU

The Seminary is organising a Grand Book Fair from Friday 25th November to Sunday 27th November, 2011. The fair will offer a varied range of books from English and Italian to Literature, Fiction, History, Philosophy, Theology, Melitensia and more. A coffee/cake shop will also be available during the opening hours. All proceeds go towards the Seminary.

The opening hours are:

Friday 25th November: 15:00 till 20:00;
Saturday 26th November: 09:00 till 20:00
Sunday 27th November: 08:00 Holy Mass; 09:00 till 20:00 Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TAL-IMTARFA

L-Erbgħa, 23 ta’ Novembru

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Il-Ħamis, 24 ta’ Novembru

6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi mument ta’ talb.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Evanġelizzazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Imtarfa.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Leaders taż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-grupp Adoloxxenti u Żgħażagħ, fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Is-Sibt, 26 ta’ Novembru

5.00 p.m… Kompli aqra »

GĦAŻLIET

GĦAŻLIET – It-Tlieta 22 ta’ Novembru 2011 – fuq Education 22,  fis-1.30.pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fd-9.00pm, u b’repetizzjoni s-Sibt fl-10.15am

Christine Delicata din il-ġimgħa ser tlaqqagħna ma’ Dr Robert Xuereb li huwa Cardiologist.  Għandu ħafna esperjenza fil-qasam tas-saħħa u żgur li din l-intervista ser tkun interessanti ħafna.  Ser jintwerew ukoll ritratti li jistgħu jfakkruh f’ċirkustanzi jew episodji fil-ħajja tiegħu.

Għal darb’oħra din il-ġimgħa, Fr Peter Serracino Inglott kiteb skript li jkompli jgħin fid-diskussjoni… Kompli aqra »

ISQFIJIET ANGLIKANI KONTRA L-ABBOZZ TAR-RIFORMA FIS-SERVIZZI SOĊJALI

18-il Isqof Anglikan tal-Knisja tal-Ingilterra, appoġġjati mill-mexxej tal-Knisja Anglikana, l-Arċisqof ta’ Canterbury Rowan Williams, kitbu ittra miftuħa lill-Gvern ta’ David Cameron jappellawlu biex jirrevedi l-Abbozz ta’ Riforma tas-Servizzi Soċjali li ddeskrivewha bħala “inġusta”.  Fuq kollox l-Isqfijiet esprimew it-tħassib tagħhom li jekk tkun infurzata, ir-riforma se tkun qed timbotta lill-iktar dgħajfa u vulnerabbli tal-pajjiż f’iktar faqar.

L-ittra kienet ippubblikata minn The Observer u kienet iffirmata mit-18-il djoċesi Anglikana tal-pajjiż, minn Bath sa Leeds… Kompli aqra »

L-EVANĠELIZZAZZJONI L-ĠDIDA – KRISTU RE 2011

Nhar il-Ħadd 20 ta’ Novembru 2011, il-Knisja f’Malta ngħaqdet mal-Knisja Universali biex tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re b’attivita’ djoċesana bit-tema “Naqsmu mal-oħrajn il-ferħ tal-fidi tagħna”. Din iċ-ċelebrazzjoni saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera. Il-programm taċ-ċelebrazzjoni nkluda animazzjoni ta’ kant, feature bbażat fuq it-tema li ttella’ mill-grupp ta’ familji nsara fi ħdan l-MSSP bl-isem ‘Miskan’ u messaġġ mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA LITURĠIKA TA’ KRISTU RE

Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera

20 ta’ Novembru 2011

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Aħna f’dan il-jum qed niċċelebraw is-Solennita ta’ Kristu Re, Kristu Sutan u ġustament għaliex huwa Sultan.

Imma meta naqraw il-Vanġelu, kont qed nirrifletti f’dawn il-ġranet,  ma jidhirx li l-preokkupazzjoni speċjali ta’ Ġesu kienet li jsejħulu Sultan.  Fil-fatt ftit hemm referenzi għal Ġesu li huwa Sultan… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI TA’ KRISTU RE GĦAT-TFAL

Nhar is-Sibt 20 ta’ Novembru, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  ippresieda ċelebrazzjoni għat-tfal fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re, fl-iskola Sta Monika, Birkirkara. Il-programm li ttella’ nkluda kant, żfin, reċti, djalogu, mumenti ta’ talb, logħob u s-sehem tal-kor ta’ Santa Monika Birkirkara mmexxi minn Sr Vania Bonello. Il-mistiedna speċjali kienet Nicole Azzopardi li rebħet il-Junior Eurovision is-sena l-oħra. L-attività ġiet organizzata mit-tfal stess u għaliha ġew mistiedna jattendu t-tfal mill-parroċċi kollha.  … Kompli aqra »

21 – 27 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ physiotherapists, speech therapists u occupational therapists is-Seminarju, tal-Virtu.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan Dun Reuben Micallef il-Kurja, dwar iż-żjara pastorali tiegħu fl-Imtarfa.

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-70 sena żwieġ tal-E.T. Dr Ċensu Tabone u s-Sinjura Tabone fil-Knisja ta’ Lapsi, San Ġiljan… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-QUDDIESA GĦALL-GRADWATI ĠODDA

Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

16 ta’ Novembru 2011

Ħuti,

l-ewwelnett nixtieq li nagħti l-awguri lil dawk li ggradwaw f’dawn il-ġranet u f’isem is-soċjeta nixtieq nirringrazzjakom għall-impenn li intom ħadtu biex taslu f’dan il-punt għaliex is-soċjeta tara potenzjalita kbira fikom ilkoll.  U jalla dan li beda llum f’dawn il-ġranet bil-gradwazzjoni tagħkom iwassal għal tant ġid f’tant sferi tal-ħajja tagħna lil pajjiżna… Kompli aqra »