Arkivji mensili: Diċembru 2011

SENA ĠDIDA: ‘OPPORTUNITA’ BIEX IL-BNIEDEM JIBDA MILL-ĠDID’

“Sena ġdida toffri opportunità lill-bniedem biex jibda mill-ġdid.” Hekk qal l-Arċisqof ta’ Malta Mons Pawlu Cremona OP f’kumment li ta lil IL-ĠENSillum online ilbieraħ dwar is-sena l-ġdida.

Mons Arċisqof qal li għandu żewġ riżoluzzjonijiet għall-2012: li jkompli jkun ta’ servizz għall-poplu Malti u li jkompli jimtela bil-barka tal-Mulej. Sostna li bħala persuna, Nisrani u saċerdot “nixtieq nissaffa u nimtela bil-barka tal-Mulej biex inkun nista’ naqdi lill-oħrajn”… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-GĦELUQ IS-SENA 2011 U BIDU TAS-SENA 2012

KonKatidral ta’ San Ġwann, Valletta

31 ta’ Diċembru 2011

Ħuti,

f’dan il-lejl ir-realta ċivili tgħidilna fuq il-valur ta’ dan in-nofs il-lejl li minn hawn u ftit ieħor se nkunu niċċelebraw is-sena 2012.  Biss, aħna bħala bnedmin nifhmu li l-kelma żmien jista’ jkollha tifsiriet oħrajn; mhuwiex mument wieħed waħdu.  U anke ċivilment f’din l-aħħar tas-sena aħna bilfors inħarsu lejn l-imgħoddi, din is-sena li għaddiet, u naraw din is-sena x’effett se tħalli fuqna u forsi x’se tħalli wkoll fuq in-nies ta’ madwarna, forsi l-għeżież tagħna… Kompli aqra »

KJARIFIKA

The Communications Office of the Archbishop’s Curia denies the information published in an article on an online news portal which states that “since the introduction of divorce in Malta from 1 October 2011 couples are being asked if they agree with divorce and if they answer yes, they are told they are not fit for a Catholic marriage as the Church believes in the indissolubility of marriage.”

It is common knowledge that the teaching of the Church states that marriage is for life… Kompli aqra »

OPEN DAY FID-DAR TAL-PROVIDENZA

OPEN DAY li se tkun organizzata fid-DAR TAL-PROVIDENZA nhar l-1 ta’ Jannar 2012.

Din id-DAR, tgħix biss bil-PROVIDENZA tal-poplu Malti u Għawdxi.  Nistednuk iżżur id-Dar tal-Providenza u tagħti d-donazzjoni tiegħek biex flimkien inkomplu l-ħolma li beda Monsinjur Mikiel Azzopardi aktar minn 45 sena ilu.

Tista’ anke iċċempel bid-donazzjoni tiegħek minn issa:

Eur 10  –  516 02 012

Eur 15  –  517 02 013

Eur 25  –  518 02 014

SMS ta’ Eur 7 fuq 506 18 922

F’isem ir-residenti tad-Dar tal-Providenza, GRAZZI!! … Kompli aqra »

MISSJUNARJI BIL-MESSAĠĠ TAS-SALIB TA’ KRISTU LILL-ĦABSIN

Pope greeted by inmates during his visit to Rome's Rebibbia prison

“Kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni” (Mt 25:36) Hekk hu l-kliem ta’ Ġesu nnifsu, skont l-Evanġelju ta’ San Mattew, fejn Ġesu jidentifika lilu nnifsu mal-priġunieri. Il-Papa Benedittu XVI uża dan il-kliem biex ifisser l-iskop taż-żjara tiegħu fil-ħabs Rebbibia, fejn għal madwar siegħa tkellem mal-ħabsin u sema x’kellhom xi jgħidu u jistaqsuh.

Ftit inqas minn xahar qabel din iż-żjara tal-Papa, grupp ta’ missjunarji żgħażagħ, segwew l-istess sejħa ta’ Kristu u tal-Knisja, u ħadu l-Kurċifiss tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ lejn ħabs fin-nofsinhar ta’ Ruma.Kien fis-26 ta’ Novembru li ċ-Ċentru Internazzjonali taż-Żgħażagħ Centro San Lorenzo wassal il-Kurċifiss fil-ħabs ta’ Civitavecchia… Kompli aqra »

KUNDANNA GĦAR-RIŻULTATI TAL-ELEZZJONIJIET FIL-KONGO

Conflicts after Congo elections

L-Arċisqof ta’ Kinshasa, il-Kardinal Laurent Monsengwo, qal li r-riżultati tal-elezzjonijiet nazzjonali riċenti għar-Repubblika Domenikana tal-Kongo, ma kinux jikkorrispondu mar-realta veritiera…lanqas ma kienu ġusti. Fi stqarrija pubblika, il-Kardinal qal li l-elezzjonijiet, mirbuħa minn Joseph Kabila, kienu nieqsa mill-kredibilita. Żied li minn għaxar kandidati, Kabila kiseb 49% tal-vot. Il-Kardinal ġibed l-attenzjoni għal rapporti kontradittorji dwar l-għadd ta’ voti li kiseb Etienne Tshisekedi, fit-tieni post bi 32% tal-voti mixħuta… Kompli aqra »

ISQFIJIET OLANDIŻI IWIEGĦDU ĠUSTIZZJA LILL-VITTMI TAL-ABBUŻ

Abuses in Holland

Wara rapport li ħareġ dwar abbużi sesswali mwettqa minn membri tal-kleru fl-Olanda, l-Isqfijiet tal-pajjiż esprimew is-sogħba tagħhom u wiegħdu ġustizzja u appoġġ mal-vittmi.

Il-Kummissjoni Deetman investigat l-allegati abbużi fil-konfront ta’ minuri, li ngħad li saru bejn l-1945 u l-2010. Il-Kummissjoni twaqqfet mill-Knisja u interrogat b’kollox mal-34,000 persuna. Hija sabet li l-ikbar parti tal-abbużi saru qabel l-1981, wara liema sena, minħabba bidliet fil-liġi, kien hemm inqas djar tat-tfal immexxija mill-Knisja… Kompli aqra »

WARA VANDALIŻMU FUQ MOSKEA, SKULARI JAPPELLAW GĦAR-RISPETT LEJN SITI SAGRI

Vandalised Mosque in Jerusalem

Ġurnata wara li Moskea antika f’Ġerusalemm kienet allegatament vandalizzata u maħruqa minn estremisti Lhud, parteċipanti ta’ konferenza f’Ruma fl-aħħar jiem, appellaw rispett assolut lejn il-postijiet ta’ qima. Skulari Lhud, Insara u Musulmani ltaqgħu fl-aħħar jiem fl-Universita Pontifiċja ddedikata lil San Tumas, sabiex jiddiskutu l-implikazzjonijiet teoloġiċi, legali u soċjoloġiċi ta’ dak li hu deskritt bħala lok ta’ qdusija.

Stqarrija fi tmiem il-laqgħa qalet li “fil-korsa tad-deliberazzjonijiet, issemma kemm hu importanti li laqgħat ta’ dat-tip isiru, bi skambju ta’ opinjonijiet miż-żewġ naħat”… Kompli aqra »

IL-PAPA: EBDA ĠUSTIFIKAZZJONI POLITIKA GĦALL-ĦTIF FIL-KOLUMBJA

Il-Kap tal-Knisja Kattolika qed jitlob għall-poplu kollha tal-Kolumbja, speċjalment għaldawk fil-miltar u fil-pulizija, kif ukoll għan-nies ċivili li qed jinħatfu.Dan immaterjalizza f’messaġġ maħruġ f’isem il-Papa mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone. Il-messaġġ ixxandar f’Konferenza tal-Aħbarijiet u nqara mis-Segretaju Ġenerali tal-Konferenza tal-Isqfijiet tal-Kolombja, l-Isqof Juan Vicente Cordoba. Il-Papa appella għad-djalogu immedjat u għall-konverżjoni ta’ dawk li qed iwettqu l-ħtif. Qal li qed jitlob biex fil-pajjiż tgħammar il-paċi… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF WAQT IL-QUDDIESA TAL-MILIED TA’ NOFS IL-LEJL

Katidral tal-Imdina

25 ta’ Diċembru 2011

Ħuti,

aħna ġejna hawnhekk biex nerġgħu nġeddu t-tifkira tal-miġja tas-Salvatur tagħna fostna taħt forma ta’ tarbija.   U ġejna hawnhekk għaliex aħna nemmnu li t-twelid ta’ Ġesu tarbija ma kienx maħsub biss biex iwassalna għall-ħajja ta’ dejjem imma l-miġja tas-salvatur tagħna kienet maħsuba wkoll biex aħna nbiddlu l-istil tal-ħajja tagħna fuq din l-art biex dan l-istil tal-ħajja tagħna ikun triq li mbagħad twassalna għal ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »