Arkivji mensili: Marzu 2012

F’KUBA, IL-PAPA JIRRIKONOXXI T-TAQBIDA TAL-KATTOLIĊI U JSEJJAĦ IL-LIBERTA ĦTIEĠA

Pope during mass in Cuba

Fl-ewwel jum taż-żjara tiegħu f’Kuba, il-Papa Benedittu XVI għaraf it-taqbida tal-kattoliċi wara nofs seklu ta’ komuniżmu. Huwa ddeskriva l-liberta umana bħala ħtieġa, kemm għas-salvazzjoni, kif ukoll għall-ġustizzja soċjali.

Il-Papa indirizza lill-ġemgħa fil-Pjazza tar-Rivoluzzjoni, fit-tieni l-ikbar belt ta’ Kuba. Huwa kien għadu kemm wasal Kuba, wara żjara ta’ tliet ijiem fil-Messiku. Kien irrappurtat li l-pjazza, li tiflaħ massimu ta’ 200,000 persuna, kienet mimlija, b’iktar eluf ta’ nies joħonqu t-toroq ewlenin li jwasslu għall-pjazza… Kompli aqra »

IL-ĠIMGĦA TA’ SAGRIFIĊĊJU 2012

Is-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza l-‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju’ fl-Arċidjoċesi ta’ Malta bejn il-Ġimgħa 30 ta’ Marzu, Jum id-Duluri, u s-6 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira. It-tema magħżula għal din is-sena hi: “Il-ferħ li tagħti”. Is-Segretarjat għażel din it-tema għaliex huwa meta tagħti u tagħti mill-qalb li tkun ferħan.  Għall-kuntrarju: meta tingħalaq fik innifsek tkun qed tifga t-tajjeb li hemm fik u tgħix ħajja bla skop… Kompli aqra »

IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI TAL-MOVIMENT TA’ KANA

On Friday, 23rd March 2012, Archbishop Paul Cremona O.P. attended the Annual General Meeting of the Cana Movement. The meeting was attended by a number of members who offer their voluntary services within the Movement. In their addresses, both the President, Dr Anna Vella and the Director, Rev Dr Joseph Mizzi, stated that it is important that Cana is not just viewed as a service-provider, an agency which offers several different services to families; rather it should retain its full identity as a Movement… Kompli aqra »

IL-PAPA JIKKUNDANNA L-KORRUZZJONI U T-TRAFFIKAR TAD-DROGA FIL-MESSIKU. JIBDA JŻJUR KUBA

Pope Benedict in Mexico

Waqt il-quddiesa fil-miftuħ li ċċelebra fil-Messiku ċentrali fi tmiem l-ewwel żjara fil-pajjiż Latin Amerikan, il-Papa Benedittu XVI ikkundanna t-traffikar tad-droga u l-korruzzjoni. Huwa appella lill-Kattoliċi sabiex iwieġbu għall-faqar u l-krimini bil-fidi tagħhom li twassalhom ukoll jirrifjutaw kull xorta ta’ vjolenza u spirtu ta’ vendetta.

Quddiem udjenza ta’ iktar minn nofs miljun persuna quddiem il-monument ta’ Kristu Sultan f’Silao, meqjus wieħed mill-iktar simboli sinifikanti għall-kattoliċi fil-Messiku, il-Papa Benedittu XVI qal li fiż-żmien meta ħafna familji qed jispiċċaw jitbiegħdu jew ikunu sfurzati jemigraw, fejn ħafna tbatija hi kkawżata mill-vjolenza domestika, mill-faqar, mill-korruzzjoni, mit-traffikar tad-droga, mill-kriżi ta’ valuri u saħansitra minn żjieda fil-kriminalita, hu meħtieġ kulħadd idur lejn Marija Santissma għall-konsolazzjoni, għall-qawwa u t-tama… Kompli aqra »

26 ta’ Marzu – 1 ta’ April

It-Tnejn

11.45 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kardinal Joao Braz de Aviz, f’Mount St Joseph.

7.00 p.m. L-Arċisqof imexxi Eżerċizzi spiritwali għall-persuni separati, fil-Knisja ta’ Sarrija, il-Furjana.

It-Tlieta

8.35 a.m. L-Arċisqof jakkumpanja l-Kardinal Joao Braz de Aviz l-ajruport.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof imexxi Eżerċizzi spiritwali għall-persuni separati, fil-Knisja ta’ Sarrija, il-Furjana… Kompli aqra »

MALTA SSELLEM SAĊERDOT B’QALB KBIRA U MOĦĦ STRAORDINARJU

“L-ottimiżmu ta’ Fr Peter kien ġej mill-fehma sħiħa li kellu li, bit-trawwim u t-tħaddim xieraq tal-qalb u l-moħħ, xejn, xejn ma kellu għalfejn iżomm lill-bniedem milli jagħmel l-aħħar daħka fuq kull sitwazzjoni tal-ħajja.”

Din l-istqarrija għamilha Fr Mark Montebello OP fl-omelija li għamel waqt il-quddiesa tal-funeral ta’ Fr Peter Serracino Inglott, li saret ilbieraħ fil-knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfraġu fil-Belt Valletta, u li kienet immexxija mill-Pro Vigarju Ġenerali, Mons Anton Gouder… Kompli aqra »

EŻERĊIZZI TAR-RANDAN MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser imexxi l-eżerċizzi tar-Randan għall-persuni separati. Dawn ser jibdew nhar it-Tnejn 26 sa nhar il-Ħamis 29 ta’ Marzu, kuljum, fis-7.00 p.m., fil-Knisja ta’ Sarrija, il-Furjana. Dawn l-eżerċizzi għall-persuni separati saru għall-ewwel darba s-sena l-oħra.

Mitlub jikkumenta fuq dawn l-eżerċizzi, l-Arċisqof qal li l-Knisja trid twassal il-messaġġ tal-Vanġelu lill-bnedmin kollha, partikolarment dawk li għaddejjin minn ċirkustanzi tal-ħajja li jeħtieġu kelma ta’ faraġ u ta’ kuraġġ… Kompli aqra »

“NINSABU F’MUMENT DEĊIZIV GĦALL-FUTUR TAL-EWROPA” – COMECE

Cardinal Reinhard Marx has been elected as the new President of the Commission of Catholic Bishops’ Conferences in the EU (COMECE). The Archbishop of Munich and Freising was elected by the Bishop Members yesterday, for a 3-year term of office as the COMECE Chair. He will be assisted by four Vice-Presidents: Mgr Gianni Ambrosio (Bishop of Piacenza-Bobbio, Italy), Mgr Virgil Bercea (Bishop of Oradea Mare, Romania), Mgr Jarecki (Auxiliary Bishop of Warsaw, Poland) and Mgr Jean Kockerols (Auxiliary Bishop of Brussels-Malines, Belgium)… Kompli aqra »

Ħadd il-Palm ifakkar Jum Iż-Żgħażagħ

Ħadd il-Palm, April 1 2012 – Id-djoċesijiet madwar id-dinja ser ikunu qiegħdin jiċċelebraw il-fidi taż-żgħażagħ. Konxja mill-irwol taż-żgħażagħ fil-komunità nisranija, il-Knisja f’Malta wkoll se tfakkar din il-ġurnata b’mod speċjali.

L-Arċisqof Pawlu Cremona se jmexxi quddiesa uffiċċjali ġewwa l-Mosta, fis-6:00pm. Diversi komunitajiet żgħażagħ qiegħdin jaħdmu flimkien permezz tal-Kummissjoni Parrokkjali Żgħażagħ fil-Mosta, sabiex jippreparaw ċelebrazzjoni tassew żagħżugħa.

Tradizzjonalment, Ħadd il-Palm joħloq diversi opportunitajiet għaż- żgħażagħ biex jesploraw u jesprimu l-fidi tagħhom… Kompli aqra »