Arkivji mensili: Marzu 2012

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’PEMBROKE

Nhar is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Pembroke fil-ftuħ taż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

ŻJARA F’MALTA TAL-KARDINAL BRAZ DE AVIZ

Nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu ser jasal Malta l-Kardinal Joao Braz de Aviz, Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Ħajja Konsagrata u tas-Soċjetajiet ta’ Ħajja Apostolika. Il-Kardinal Braz de Aviz ser jiġi Malta fuq stedina tas-Superjuri Reliġjużi Maġġuri biex jiltaqa’ mal-patrijiet u  s-sorijiet Maltin u Għawdxin. Din il-laqgħa ser issir nhar it-Tnejn 26 ta’ Marzu fil-5.00 p.m. fis-Sala tas-Sorijiet Agostinjani, Fleur-de-Lys.

L-ewwel laqgħa tal-Kardinal mar-reliġjużi ser tkun l-istess jum tal-wasla tiegħu,  is-Sibt 24 ta’ Marzu, fejn fis-6.30 p.m… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-PARTEĊIPANTI TAL-MARATONA BIR-ROTI

Nhar is-Sibt 17 ta’ Marzu, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-parteċipanti tal-Maratona bir-Roti fil-Liċeo, Ħamrun, b’risq id-djar tat-tfal immexxija mis-Sorijiet Ursolini.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

MUDELL … INFITTXU LI NIMITAWH

Nhar l-Erbgħa Malta nħasdet bl-aħbar tal-mewt tal-President Emeritu Dr Ċensu Tabone, ġimgħatejn biss bogħod minn għeluq id-99 sena tiegħu. B’kulħadd konxju mill-età avvanzata tiegħu, xorta waħda l-mewt tiegħu ħasdet. Nemmnu li ħasdet, mhux sempliċiment għax il-mewt min-natura tagħha ġġib firda u sentimenti negattivi, iżda għax il-kwalitajiet distinti ta’ bniedem bħalma kien Ċensinu, kif jibqa’ magħruf fost ħafna, kulħadd bħal donnu jittama li ma jmutu qatt… Kompli aqra »

10 – 25 ta’ Marzu

It-Tnejn

11.00 a.m. L-Arċisqof iżur ħaddiema ta’ diversi kumpaniji li jagħmlu xogħol volontarju, fl-Isptar Mount Carmel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-Katekeżi ta Pembroke, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika ta Pembroke.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Ekonomiku Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentzzjoni Sinodu ta Pembroke… Kompli aqra »

ELF MINUTA

Il-Kappillan tal-Parrocca ta’ Pembroke, Dun Rene Vella, ppreżenta lill-Arċisqof Pawlu Cremona, kopja tal-proġett ‘Elf Minuta’ mniedi mill-istess parroċċa bi tħejjija għaż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof. Il-preżentazzjoni saret matul il-Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali nhar is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012.

Il-proġett ‘Elf Minuta’ jikkonsisti f’inizjattiva ta’ għaxar minuti talb kuljum għal mitt jum, mit-8 ta’ Diċembru 2011, il-jum li fih  il-Parroċċa ta’ Pembroke ċċelebrat is-seba’ anniversarju mit-twaqqif tagħha, sas-16 ta’ Marzu 2012, l-aħħar jum ta’ tħejjija u l-bidu taż-żjara pastorali tal-Arċisqof… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FIL-FUNERAL TAL-PRESIDENT EMERITUS DR ĊENSU TABONE

Konkatidral ta’ San Ġwann

17 ta’ Marzu 2012

Ħuti,

Minn mindu tħabbret il-mewt ta’ Dr Ċensu Tabone, il-media kollha kienu mimlija bil-bravura ta’ Dr Tabone, u sirna nafu ħafna affarijiet li forsi mhux kulħadd kien jaf fuq kemm il-figura tiegħu kienet importanti għall-istorja kollha ta’ Malta, ġo pajjiżna u barra minn pajjiżna.

Aħna ġejna hawnhekk illum biex naraw din ir-realta li qegħdin ngħixu fid-dawl tal-fidi nisranija u flimkien se nippruvaw nagħmlu riflessjoni Nisranija fuq din il-ġrajja.  … Kompli aqra »

MIET FR PETER SERRACINO INGLOTT

Fr Peter Serracino Inglott ilbieraħ mar jiltaqa’ mal-Ħallieq fis-sema, wara żmien rikoverat fl-Isptar Mater Dei. Is-saċerdot filosofu, eks-Rettur tal-Università ta’ Malta u għal ħafna snin konsulent tal-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami, miet fl-età ta’ 75 sena.

Il-funeral ta’ Fr Peter, kif kien magħruf minn kulħadd, se jsir nhar il-Ġimgħa li ġej fid-9.30am. Mill-Isptar Mater Dei l-korteo funebri se jgħaddi mill-kampus tal-Università fejn il-korp akkademiku u l-istudenti se jagħtuh l-aħħar tislima… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF WAQT IL-PELLEGRINAĠĠ TAR-REDENTUR FL-ISLA

Knisja tar-Redentur, l-Isla

16 ta’ Marzu 2012

Ħuti,

Aħna għamilna dan il-pellegrinaġ flimkien, din il-mixja akkompanjati mix-xbieha tar-Redentur.  Ġejna hawnhekk għaliex ilkoll inħossuna imqanqlin minn dak li jirrapreżenta lir-Redentur, dak li ta ħajtu għalina biex aħna jkollna l-ħajja, u l-ħajja ta’ dejjem.

Xtaqt illum nitkellem fuq tliet mixjiet li rridu jdawwlulna t-triq tagħna fil-ħajja tagħna bħala nsara.  … Kompli aqra »

KOPPJA MIŻŻEWĠA TĦEJJI L-VIA SAGRA TAL-PAPA

Waqt dan iż-żmiem liturġiku tar-Randan, bi tħejjija għall-ikbar festa tal-Knisja Kattolika, l-Għid il-Kbir, tħabbar fil-Vatikan li t-test tal-meditazzjoni għall-Mixja tas-Salib li se ssir fil-Kolossew fil-Ġimgħa l-Kbira, inkiteb minn Danilo u Anna Maria Zanzucchi, i-koppja miżżewġa u fundaturi tal-Moviment tal-Familji l-ġodda, li jagħmel parti mill-Moviment tal-Fokolari.

It-tema tal-meditazzjoni se tkun ‘Il-Familja’, bil-Mixja tas-Salib tieħu l-bixra tradizzjonali tagħha f’14-il stazzjon.
Kompli aqra »