Arkivji mensili: April 2012

GĦOTI TAL-MINISTERU TAL-LETTORAT

Żewġ seminaristi, Luke Cutajar mill-Parroċċa tar-Rabat u Brian Gialanzè mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa, nhar is-Sibt 28 t’April fis-6.30pm ser jingħataw il-Ministeru tal-Lettorat mill-Arċisqof Pawlu Cremona, fil-Parroċċa ta’ San Piju X, Santa Luċija.

Bil-Ministeru tal-Lettorat is-seminaristi jsiru qarrejja uffiċjali tal-Kelma t’Alla waqt il-quddies u waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra. Huma ser ikollhom ukoll ir-responsabiltà li jxandru l-Kelma t’Alla permezz tal-katekiżmu kif ukoll waqt laqgħat oħra ta’ formazzjoni nisranija… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-ĦADDIEMA TAL-ENEMALTA

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, li tigi ċċelebrata fl-1 ta’ Mejju (Jum il-Ħaddiem), l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar lill-ħaddiema tal-Enemalta fil-Power Station tal-Marsa nhar l-Erbgħa 26 ta’ April 2012, hekk kif din is-sena taħbat il-35 sena mit-twaqqif ta’ din il-korporazzjoni. Wara li ltaqa’ mal-ħaddiema l-Arċisqof ċċelebra Quddiesa u wassal il-messaġġ annwali tiegħu lill-ħaddiema.

Agħfas hawn biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof għal din l-okkażjoni… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM

Enemalta Power Station, Marsa

26 ta’ April 2012

Qegħdin miġburin hawnhekk fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem. Għalina li nemmnu, kull jum, minbarra li nħarsu lejh mil-lenti tagħna l-bnedmin, nippruvaw inħarsu lejh ukoll mil-lenti tal-fidi tagħna. Għalhekk waqt li aħna niċċelebraw Jum il-Ħaddiem u niftakru fil-bżonn u fid-dinjita’ tax-xogħol, inġibu fil-ħsieb tagħna, il-qaddis prottettur tal-ħaddiema, San Ġużepp Ħaddiem. Fl-Evanġelju kull ma nsibu fuqu huwa li kien bniedem ġust quddiem Alla u li kien mastrudaxxa… Kompli aqra »

L-EDUKAZZJONI: IĊ-ĊAVETTA GĦALL-ERADIKAZZJONI TAL-MALARJA

World Malaria Day

llum huwa l-jum dinji ddedikat għall-marda tal-malarja. Dimostranti madwar id-dinja qed jinqdew b’din l-okkażjoni sabiex jappellaw għal 3.2 biljun dollaru bil-għan li jaslu finalment li jilħqu l-mira tal-Ġnus Maqgħuda u jeliminaw kważi għal kollox l-imwiet mill-marda tal-malarja sal-2015. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, sar progress sostanzjali fit-tnaqqis mill-imwiet ikkawżati mill-malarja, marda li bidet mill-gdiem ta’ inset. Dan permezz ta’ xbieki madwar is-sodda waqt l-irqad, permezz ta’ spray u sustanzi oħra li joqtlu l-insetti… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-IMPJEGATI TAD-DJAR TAL-ANZJANI TAL-KNISJA

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, li tigi ċċelebrata fl-1 ta’ Mejju (Jum il-Ħaddiem), l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar lill-ħaddiema li jaħdmu fid-djar tal-anżjani tal-Knisja nhar il-Erbgħa 25 ta’ April 2012. Din iż-żjara saret fir-residenza għall-anżjani ‘Casa Leone’ f’San Ġiljan. Din il-kategorija ta’ ħaddiema ntagħżlet fl-okkażjoni tas-sena ddedikata lill-Anzjanità Attiva u s-Solidarjeta bejn il-Ġenerazzjonijiet.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

LITERACY WEEK

On the occasion of Library Week, the Secretariat for Catholic Education is organising a week of activities focusing on culture and literacy to help nurture ‘Little Literates’. The activities are being held in Valletta, at the Museum of Fine Arts, The Studio Theatre at the Manoel Theatre and Auberge d’Italie. Grade 3 Church Schools students have been invited during this week… Kompli aqra »

KUMMISSJONI ĠDIDA TA’ KARDINALI TISTĦARREĠ SVELAR TA’ DOKUMENTI KUNFIDENZJALI

Vatican

Fid-dawl ta’ svelar riċenti ta’ dokumenti kunfidenzjali tal-Vatikan fuq il-mezzi tal-media, partikolarment fuq it-televiżjoni u fil-gazzetti, anki fuq l-internet, il-Papa Benedittu XVI ordna li titwaqqaf Kummissjoni ta’ Kardinali li tinvestiga b’awtorita u tixħet dawl fuq x’seta’ wassal għal dawn l-episodji.

Dan irriżulta fi stqarrija għall-istampa maħruġa mis-Segretarjat tal-iStat tal-Vatikan dalgħodu. Intqal fl-istqarrija li “il-Papa iddetermina li l-Kummissjoni tal-Kardinali, li taġixxi bl-awtorita kollha li jagħtiha l-istess mandat pontifiċju, tkun ippreseduta mill-Kardinal Julian Herranz, u jkollha bħala membri lill-Kardinal Josef Tomko u lill-Kardinal Salvatore De Giorgi”… Kompli aqra »

ESPERJENZA F’MALTA TA’ STUDENTI MILL-UNIVERSITA’ PONTIFICJA SALEŻJANA

Esperjenza li ma tintesiex kienet dik ta’ sittax-il student mill-Università Pontifiċja Sależjana, flimkien mal-lecturer tagħhom Don Ubaldo Montisci SDB li għamlu f’Malta bejn l-10 u t-13 ta’ April. L-għan ta’ dan il-vjaġġ ta’ studju kien dak li jaraw x’metodoloġija kateketika hi użata fil-gżejjer tagħna. Il-programm tagħhom kien mimli u mżewwaq sewwa tant li kellhom iċ-ċans, anki jekk fi żmien qasir, jaraw dak li jikkaratterizza l-katekeżi f’Malta u Għawdex… Kompli aqra »