Arkivji mensili: Awwissu 2012

Il-Vatikan b’appell lill-Musulmani u lill-Insara sabiex iħejju liż-żgħażagħ għall-paċi

Pope Benedict XVI

Fil-messaġġ tiegħu fi tmiem ir-Ramadan, il-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Interreliġjuż qal li l-edukazzjoni taż-żgħażagħ għall-paċi, kulma jmur qed issir urġenza. Il-messaġġ kien ippubblikat mill-Vatikan it-Tlieta.

Il-ġustizzja u l-paċi, innotat l-istqarrija, huma inseparabbli mill-verita u l-liberta. “Jekk l-edukazzjoni hi fdata lis-soċjeta kollha kemm hi, allura hi l-ewwel u qabel kollox, b’mod partikolari, ir-responsabbilta tal-ġenituri u l-familji, u flimkien magħhom, l-iskejjel, l-universitajiet u dawk li huma responsabbli mill-ħajja ekonomika, reliġjuża, kulturali u soċjali, kif ukoll mid-dinja tal-komunikazzjoni… Kompli aqra »

Stqarrija mill-Isqfijiet dwar l-Ittra Pastorali ‘Niċċelebraw il-Ħajja Umana’

Meta ktibna din l-Ittra Pastorali aħna konna mmexxija mid-dmir tagħna li nippriedkaw lil kattoliċi l-fidi li għandhom jemmnu u japplikaw fil-ħajja morali.

Il-missjoni tagħna l-Isqfijiet tagħmel sens biss jekk inkunu f’għaqda ma’ Kristu. Din l-għaqda hija garantita jekk it-tagħlim tagħna jkun jaqbel mal-Maġisteru. Dan jgħodd ukoll għas-saċerdoti. Ghalhekk napprezzaw ħafna li s-saċerdoti tagħna fil-parti l-kbira tagħhom huma f’komunjoni magħna l-Isqfijiet.

Peress li s-suġġett ta’ l-aħħar Ittra Pastorali huwa delikat ħafna, qabel ma ppubblikajna l-Ittra, tlabna u ksibna l-parir informali ta’ teologu fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi… Kompli aqra »

Il-Kardinal Prospero Grech O.S.A. iżur id-Dar tal-Providenza

Nhar it-Tlieta 7 t’Awwissu, l-E.T. Il-Kardinal Prospero Grech O.S.A. żar id-Dar tal-Providenza fejn iltaqa’ mar-residenti u l-ħaddiema kif ukoll mal-membri tal-Amministrazzjoni. Mal-wasla tiegħu, huwa  ingħata merħba mill-Arċisqof Mons. Pawl Cremona O.P. u mid-Direttur tad-Dar Fr Martin Micallef. Preżenti wkoll kien hemm l-Arċisqof Emeritus Mons Gużeppi Mercieca, s-Sindku tas-Siġġiewi, Dr Karol Aquilina u l-Arċipriet tal-parroċċa tas-Siġġiewi, Fr Joe Grech.

Huwa żar il-kappella tad-Dar kif ukoll il-mużew iddedikat lil Mons… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8 t’ Awwissu

Mattew 15,21-28

Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna !” Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna.” Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Iżrael.” Iżda hi resqet, nxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni, Mulej !” Hu weġibha: “M’hux sewwa tieħu l-ħobż ta’ l-ulied u tixħtu lill-ġriewi.” “Hekk hu, Mulej,” qaltlu,”iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda ta’ sidienhom?” Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! … Kompli aqra »

Il-Kardinal Grech f’laqgħa informali mal-ġurnalisti.

Fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Kardinal Prospero Grech mexxa laqgħa informali mal-ġurnalisti. Din saret fuq xewqa tal-Kardinal innifsu. Din hija l-ewwel darba li l-Kardinal Grech qed iżur Malta mill-ħatra tiegħu ta’ Kardinal fi Frar li għadda, mill-Papa Benedittu Sittax.

Il-Kardinal Prospero Grech qal li l-ikbar sfida li l-Knisja qed tħabbat wiċċha magħha hija r-realtà tar-relattiviżmu li l-Papa jiddiskrivih bħala n-nuqqas fil-valuri.

Mistoqsi jekk iż-żgħażagħ hux qed jitbiegħdu mill-Knisja, qal li tajjeb li jippruvaw jifhmu lil Knisja qabel iwarbuha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 t’ Awwissu

Matthew 14, 22-33

U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu; id-dgħajsa kienet diġà f’nofs  il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru… Kompli aqra »

Ġesu huwa l-ħobż tal-ħajja

Pope in Castel Gandolfo

Fil-messaġġ tiegħu qabel it-talba tal-Angelus mill-bitħa tal-Palazz Appostoliku ta’ Catesl Gandolfo fin-nofsinhar ta’ Ruma, il-Papa Benedittu XVI iffoka r-rimarki tiegħu fuq il-liturġija tal-ġurnata meħuda mis-sitt kapitlu tal-evanġelju ta’ San Ġwann, fejn Ġesu jirrivela lilu nnifsu bħala l-Ħobż tal-Ħajja.

“Anki jekk il-ġid materjali hu importanti, Ġesu jrid jgħin lill-bniedem jimxi iktar ‘il quddiem mis-sodisfazzjon immedjat lid an jagħti”. Hekk qal il-Papa waqt li spjega li l-Mulej irid jiftħilna orizzont ta’ eżistenza li mhuwiex sempliċiment marbut mal-affarijiet ta’ kuljum, bħall-ikel, ix-xorb, l-ilbies u x-xogħol… Kompli aqra »

Maratona Oħloq Tbissima – ‘Konna qegħdin naħdmu għal għan wieħed’

Il-Maratona Oħloq Tbissima, maratona ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), għadha kif intemmet.

Is-sittin siegħa kienu mimlija attivita.  Il-pubbliku ipparteċipa f’quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati esklussivi, djalogu dirett mal-missjunarji permezz ta’ Skype, diskussjonijiet, interviszi mal-voluntiera li akkumpanjaw lil-President ta’ Malta Dr. George Abela fl-esperjenza missjunarja fil-Peru fix-xahar ta’ Lulju, Rokna għat-tfal,  Musichiere, Il-Festival Żifna mal-Istilel u diversi  varjetajiet immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha, fejn wieħed seta’ japprezza l-livell għoli tat-talent Malti u Għawdxi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 t’ Awwissu

It-trasfigurazzjoni tal-Mulej

Mark 9,2-10

Sitt jiem wara Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Lbiesu sar abjad u jgħammex b’dija ta’ l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù. Qabad Pietru u qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Awwissu

It-18 il-Hadd tas-Sena

Gwann 6, 24-35

Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: “Rabbi, meta ġejt hawn?” Ġesù weġibhom: “Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu… Kompli aqra »