Arkivji mensili: Settembru 2012

Skedata l-ewwel seduta fil-każ Vatileaks

Pope's butler – Paolo Gabriele

F’komunikat li ħarġet it-Tnejn, is-Santa Sede qalet li l-President tat-Tribunal tal-iStat tal-Vatikan, Giuseppe della Torre, ħareġ digriet li jistabbilixxi li l-ewwel smigħ fil-każ tal-ġuri ta’ Paolo Gabriele u Claudio Sciarpelletti, se jsir is-Sibt 29 ta’ Settembru fid-9.30am. Iż-żewġ akkużati se jgħaddu ġuri wara direzzjoni mogħtija fit-13 t’Awwissu mill-Maġistrat li eżamina l-każ. Is-smigħ se jsir fl-awla tal-udjenzi tat-Triunal fil-Vatikan. Il-partijiet konċernati kienu mgħarrfa b’dan permezz ta’ digriet… Kompli aqra »

Iż-żjara fil-Libanu ta’ opportunita lid-dinja biex tara l-Musulmani u l-iNsara jiċċelebraw il-paċi

Pope in Lebanon

Il-Papa Benedittu XVI għalaq iż-żjara tiegħu fil-Libanu lbieraħ b’messaġġ ta’ ringrazzjament għall-mod li bih ħassu milqugħ u qal li jittama li din iż-żjara ma tkunx l-uniku waħda, imma jirritorna.

Iż-żjara tal-Papa fil-Libanu bejn il-Ġiumgħa u l-Ħadd kienet tinkludi laqgħat mal-mexxejja politiċi u dawk reliġjużi, kif ukoll maż-żgħażagħ. L-għan ewlieni taż-żjara kien pero l-iffirmar tal-Eżortazzjoni Appostolika post-sinodali dwar il-Lvant Nofsani, wara s-sinodu tal-2010… Kompli aqra »

Qaddejja ta’ Alla fiż-żwieġ u fil-familja

Henry u Inez Casolani kienu koppja li żżewġu fl-1944. Inez mietet fl-1992 u Henry fl-1999. Huma għexu l-ħajja miżżewga ta’ kuljum b’mod straordinarjament tajjeb.  Fid-dettall ta’ ħajjithom ippprovaw jagħmlu kollox sew b’imħabba kbira lejn Alla u l-proxxmu. Kmieni fil-ħajja tagħhom huma għamlu deċiżjoni fundamentali favur is-sewwa.  Bil-grazzja ta’ Alla din id-deciżjoni għenithom biex għexu l-virtujiet Insara b’mod eżemplari u fil-mixja tal-ħajja ta’ kuljum kienu mberkin minn Alla… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Imtarfa

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Denis Schembri bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Luċija, l-Imtarfa.

Dun Denis twieled fl-1951 u trabba f’San Ġiljan. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ Stella Maris, Gżira, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Dun Denis ġie ordnat saċerdot fl-1979 u nħatar viċi-kappillan fil-parroċċa tal-Isla… Kompli aqra »

17-23 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’ Attard.

It-Tlieta

7.15 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kunsill tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, Ħ’ Attard.

9.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mall-għalliema u l-LSAs ġodda tal-iskejjel tal-Knisja waqt Induction Course, l-Kurja… Kompli aqra »

Jiltaqa’ L-Workshop Internazzjonali dwar ir-Rebbiegħa Għarbija

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru Il-Konferenza Ewropea għall-Ġustizzja u l-Paċi u l-Kummissjoni tal-Ġustizzja u l-Paċi fi ħdan il-Knisja Maltija iltaqgħu għas-sessjoni tal-ftuħ tal-Workshop Internazzjonali ‘Ir-Rebbiegħa Għarbija…Sena Wara’ fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù ir-Rabat fis-6pm.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Żewġ xebbiet kkonsagrati skont ir-rit tal-Ordo Virginum

Nhar il-Ħadd 16 ta’ Settembru 2012, żewġ xebbiet se jiġu kkonsagrati skont ir-rit tal-Ordo Virginum. Dawn huma Anna Galea minn Ħal Għaxaq u Kathleen Spiteri minn Birkirkara. Din hija l-ewwel darba f’Malta li se ssir din il-konsagrazzjoni. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi din iċ-ċelebrazzjoni u jikkonsagra dawn ix-xebbiet fil-Katidral tal-Imdina, fis-6.00 p.m.

Il-Verġinità Konsagrata hija waħda mid-doni sbieħ u għolja li l-Mulej sawwab fuq l-Għarusa tiegħu il-Knisja… Kompli aqra »

Dikjarazzjoni tas-Santa Sede wara l-attakk fuq il-Konsolat Amerikan fil-Libja

U.S. Ambassador killed in Benghazi

Id-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Patri Ġiżwita Federico Lombardi, għamel dikjarazzjoni dwar l-attakk riċenti kontra l-konsolat Amerikan fil-belt Libjana ta’ Benghazi.

“L-attakk tabilħaqq serju organizzat kontra l-missjoni diplomatika tal-Amerka fil-Libja, li wassal għall-mewt tal-ambaxxatur u xi persuni oħra, hu sejħa għall-iktar kundanna iebsa min-naħa tas-Santa Sede. Xejn ma jista’ qatt jiġġustifika l-attivita ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi u vjolenza li ssegwi bit-telf tal-ħajjiet… Kompli aqra »

Welcome Home

Nhar il-Ħamis 25 ta’ Settembru, l- Arċisqof Pawl Cremona jilqa’ lura lill-voluntiera tas-sajf, ġewwa Dar San Vinċenz de Paule. Aktar minn 350 żagħżugħ u żagħżugħa qattgħu il-vaganzi tas-sajf tagħhom f’ħidma volontarja b’riżq persuni fil-bżonn. Il-proġetti varji saru kemm Malta kif ukoll barra; uħud minnhom f’artijiet ‘il bogħod bħall-Indja u l-Mozambique.

Iċ-ċerimonja ta’ merħba ssir kull sena biex tiċċelebra l-esperjenzi individwali tal-voluntiera… Kompli aqra »

Il-mesaġġ tal-Papa qabel il-vjaġġ tiegħu fil-Libanu

Pope in Lebanon

“Nifraħ meta naf li dan il-vjaġġ se jlaqqagħni ma’ ħafna membri tas-soċjeta tal-Libanu: awtoritajiet ċivili u ekkleżjastiċi, kattoliċi ta’ diversi riti, iNsara oħra, Musulmani u Drużi fir-reġjun”. Hekk stqarr il-Papa Benedittu XVI wara l-aħħar mesaġġ tiegħu fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa. Din il-ġimgħa rriserva spazju għar-riflessjoni aħħarijie tiegħu qabel il-vjaġġ appostoliku li se jibda l-Ġimgħa fil-Libanu u r-reġjun tal-Lvant Nofsani… Kompli aqra »