Arkivji mensili: Settembru 2012

‘Il-loġika ta’ Alla hi differenti mil-loġika tal-bniedem’

Pope Benedict XVI

Fil-messaġġ tiegħu imnebbaħ mill-vanġelu tal-Ħadd skont San Mark, li fih Ġesu tkellem bil-miftuħ dwar x’kellu jgħaddi minnu, il-Papa Benedittu XVI qal li hu ċar li “hemm distanza interjuri kbira bejn Ġesu u d-dixxipli tiegħu. Din tfakkarna li l-loġika ta’ Alla hi dejjem differenti minn dik tal-bniedem. Għal din ir-raġuni, li wieħed jimxi wara Ġesu dejjem titlob konverżjoni profonda min-naħa tal-bniedem, bidla fil-mod kif jaħseb u fil-mod kif jgħix”… Kompli aqra »

Id-‘Dikjarazzjoni Finali’ tal-Workshop Internazzjonali

Nhar is-Sibt 22 ta’ Settembru 2012, ġiet ppublikata dikjarazzjoni finali maħruga fi tmiem il-konferenza Internazzjonali li saret f’Malta, bit-tema ‘Ir-Rebbiegħa Għarbija…Sena Wara’. Din ġiet organizzata mill-Kummissjoni Ġustizza u Paċi tal-Knisja f’Malta fis-Seminarju tal-Arcisqof, tal-Virtú. Għal din l-attivita attendew aktar minn 40 partecipant minn 30 pajjiz Ewropew.

Agħfas hawn biex taqra d-dikjarazzjoni kollha. Kompli aqra »

24-30 Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

It-Tlieta

9.30 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

7.00 p.m.         L-Arċisqof jattendi laqgħa fir-residenza San Vinċenz de Paule, organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDZ) għaż-żgħażagħ li matul is-sajf wettqu xogħol volontarju… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-24 ta’ Settembru

Luqa 8, 16-18

“Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara  d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl.  Mela oqogħdu attenti kif tisimgħu! Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li jaħseb li għandu.”

Il-Qaddis tal-jum: Il-Madonna ta’ Walsingham Kompli aqra »

Il-Ftuħ tas-Sena Pastorali tal-Moviment ta’ Kana

Nhar il-Ħamis 20 ta’ Settembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. inawgura s-Sena Pastorali 2012-2013 tal-Moviment ta’ Kana, fiċ-Ċentru ĊAK, B’Kara. Il-programm tal-ftuħ kien jinkludi introduzzjoni mid-Direttur tal-Moviment ta’ Kana, Fr Joe Mizzi; id-diskors ta’ Fr Joe Galea Curmi, u wara xi interventi min-nies preżenti fuq is-suġġett; u għeluq mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

Hawn taħt qiegħdin ninkludu d-diskors sħiħ li għamel Fr Joe Galea Curmi fil-ftuħ tas-Sena Pastorali tal-Moviment ta’ Kana… Kompli aqra »

24-30 Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

It-Tlieta

9.30 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

7.00 p.m.         L-Arċisqof jattendi laqgħa fir-residenza San Vinċenz de Paule, organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDZ) għaż-żgħażagħ li matul is-sajf wettqu xogħol volontarju.

L-Erbgħa

10.00 a.m.           … Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol f’laqgħa internazzjonali

Bejn il-Ħamis u l-Ħadd, 13 u 16 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol attendiet għal laqgħa tal-GEPO (Grupp Ewropew tal-Pastorali tal-Ħaddiema) li saret f’Remich, il-Lussemburgu. P. William Bartolo ofm conv. u s-Sur Saviour Spiteri attendew f’isem il-KPDX Malta. Għal din il-laqgħa attendew rappreżentanti mill-Polonja, ir-Rumanija, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Ingilterra, il-Portugall, l-Iżvizzera u miż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara Internazzjonali. Kien hemm preżenti wkoll il-President tal-EZA (Ċentru Ewropew tal-Ħaddiema)… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-23 ta’ Settembru

Il-25 Hadd ta’ matul is-Sena

Mark 9,30-37

Telqu minn hemm u għaddew minn nofs il-Galilija, u ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh. Waslu Kafarnahum; u meta kienu d-dar staqsiehom: “X’kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?” Iżda huma baqgħu siekta, għax fit-triq kienu qagħdu jitħaddtu bejniethom fuq min kien  l-akbar… Kompli aqra »

Kors ta’ taħdidiet u diskussjoni dwar il-Kredu

Bejn Ottubru u Mejju li ġejjin fiċ-Ċentru Pastorali Familja Mqaddsa, is-Sgħajtar, se jittellgħu 22 laqgħa li se jidħlu ftit fil-fond dwar l-istqarrija tal-fidi tagħna. L-isfond ser ikun il-Kredu u minnu ser jittieħdu titli għad-diskussjoni.

Il-laqgħat miftuħin għal kulħadd ser jitmexxew minn Fr.Ray Zammit, ir-Rettur taċ-Ċentru Pastorali li se jkunu dejjem kull nhar ta’ Ħamis fis-7:45pm.

Ser ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal u refreshments ser jitqassmu wara l-quddiesa tas-7pm… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-22 ta’ Settembru

Luqa 8, 4-15

Nġemgħet kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin lejh minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: “Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar ta’ l-ajru naqqruhom kollha.  Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx. Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom… Kompli aqra »