Arkivji mensili: Mejju 2013

Ċelebrazzjonijiet tal-Papa f’Mejju, Ġunju u Lulju

Pope Francis

Ħareġ il-kalendarju ta’ attivitajiet li l-Papa Franġisku se jkun qed jieħu sehem fihom matul l-aħħar jiem ta’ Mejju u matul Ġunju u Lulju.

MEJJU

23: 6pm, Professjoni ta’ Fidi mal-Isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Taljana.

26: Solennita tat-Trinita Qaddisa: Żjara pastorali f’parroċċa fid-djoċesi ta’ Ruma, b’quddiesa fid-9.30am

30: Solennita ta’ Corpus Cristi: 7pm Quddiesa fi Piazza San Ġwann Lateran… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-20 Anniversarju tar-Richmond Foundation

Konkatidral ta’ S. Ġwann, Valletta

13 ta’ Mejju 2013

Eċċellenza, ħuti,

Aħna niġu hawn fil-Knisja, bħalma ġejna llum, biex nirringrazzjaw lil Alla għal kull għajnuna spiritwali u umana li huwa jagħtina. Imma niġu hawnhekk mhux għal din ir-raġuni biss; aħna niġu hawnhekk biex inpoġġu l-ġrajjiet tagħna taħt dawl spiritwali u nibdew nifhmuhom f’kuntest spiritwali u kristjan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-23 ta’ Mejju

Mark 9,41-50

“Min jagħtikom tazza ilma x’tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr  il-ħlas tiegħu.” “Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawwru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar. U jekk idek hija għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’id waħda fil-ħajja, milli li tmur b’idejk it-tnejn fl-infern, fin-nar li ma jintefiex… Kompli aqra »

L-Insara u l-Buddisti: Paċi interna, paċi fost il-popli

Christian and Buddhist

“Il-paċi interna, paċi fost il-popli” kienet it-tema tar-raba’ Kollokju bejn Buddisti u Insara, li kien organizzat fl-Universita Pontifiċja Urbanjana mill-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju għad-djalogu ekumeniku u inter-reliġjuż fi ħdan il-Konferenza Episkopali Taljana.Il-parteċipanti ġejjin mill-Italja, mill-Ġappun, mit-Tajwan, mill-Vjetnamm, mill-Korea t’Isfel, mit-Tajlandja, minn Myanmar, mis-Sri Lanka u mill-Indja, irriaffermaw il-ħtieġa ta’ responsabbilta tagħhom ilkoll għaż-żamma jew għar-restawr tal-paċi u għall-kontribut lejn ħbiberija u solidarjeta bejn il-popli… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ diversi Kummissjonijiet Parrokkjali f’ Ħal Safi

Nhar il-Ħamis 16 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija, mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali, fid-Dar tas-Sorijiet Dumnikani Ħal Safi, bħala parti miż-Żjara Pastorali.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-22 ta’ Mejju

Mark 9,38-40

“Mgħallem, qallu Ġwanni, “wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu m’huwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min m’huwiex kontra tagħna, huwa magħna.

Il-Qaddis tal-jum: Santa Rita ta’ Cascia

Kompli aqra »