Arkivji mensili: Settembru 2013

Kick – Ass 2

  • Kick – Ass 2
  • ***

    Direttur:          Jeff  Wedlow

    Atturi:              Aaron Taylor-Johnson, Christopher Mintz-Plasse, Chloe Grace Moretz, Jim Carey, Clark Duke, Olga Kurkulina, Lindy Booth u Morris Chestnut

    Ħin tal-film:    103 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:           18       

    Dave Lizewski  jispira ruħhu  minn ċitadini ordinarji biex isir wieħed  mis-“Super Heroes”…

  • Kompli aqra »

2 Guns

  • 2 Guns
  • Direttur:          Baltasar Kormakur

    Atturi:              Denzel Washington, Mark Wahlberg, Paula Patton, Bill Paxton, Fred Ward, James Marsden u Edward James Olmos

    Ħin tal-film:    109 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Robert Trench u Michael Stigman, it-tnejn li huma kriminali, jiġu arrestati mid-Dwana Amerikana  wara li t-tnejn kellhom laqgħa mal-baruni tad-droga Papi Greco ġewwa Messico…

  • Kompli aqra »

Stuck in Love

  • Stuck in Love
  • ****

    Direttur:          Josh Boone

    Atturi:              Jennifer Connelly, Graig Kinnear, Lily Collins, Logan Lerman, Kristen Bell, Liana Liberato u Nat Wolff

    Ħin tal-film:    97 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    In-novelist Bill Borgens, f’dawn l-aħħar tliet snin qiegħed jiġi wiċċ imbwiċċ mal-fatt li martu Erica ħallietu għal raġel ieħor…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Professjoni Perpetwa ta’ Żewġ Sorijiet Agostinjani

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Professjoni Perpetwa ta’  Żewġ Sorijiet Agostinjani
  • Parroċċa ta’ S. Pawl il-Baħar

    8 ta’ Settembru 2013

    Ħuti, diġa fil-bidu għamilna riflessjoni li llum iktar minn dak li jidher, irridu nagħtu każ ta’ dak li ma jidhirx, jiġifieri l-wegħda li se jagħmlu Sr Rosanne u Sr Sandra li huma jingħataw lil Alla l-Imbierek…

  • Kompli aqra »

16 – 22 ta’ Settembru

  • 16 – 22 ta’ Settembru
  • It-Tnejn

    10.55 p.m.       L-Arċisqof jasal lura Malta mill-Iskozja.         

    L-Erbgħa       

    9.00 a.m.         L-Arċisqof jindirizza laqgħa għall-għalliema u LSAs ġodda fl-iskejjel tal-Knisja, fil- Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, Rabat.

    5.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Caritas, fil-Kurja, Floriana.

    Il-Ħamis

    Il-Ġimgħa      

    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan, il-Kurja…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna fil-Grotta ta’ Lourdes

  • Omelija ta’ Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju, fil-Grotta ta’ Lourdes
  • 1 ta’ Settembru

    Il-Mulej, illum jgħallimna lezzjoni iebsa, dik li hemm bżonn tagħżel il-post tal-aħħar.  L-istint tagħna hu li nagħżlu l-post l-aktar importanti, il-post it-tajjeb, l-aħjar post.  Il-Mulej Ġesu jgħallimna li mhux diżunur li tagħżel l-aħħar post, imma sempliċiment li tiftaħ qalbek u tkun ta’ servizz lil ħaddieħor…

  • Kompli aqra »

Provinċjal ġdid għad-Dumnikani

  • Provinċjal ġdid għad-Dumnikani
  • P. Frans Micallef O.P. ġie magħżul bħala l-Provinċjal tal-Patrijiet Dumnikani Maltin waqt is-47 Kapitlu Provinċjali tal-Provinċja Dumnikana Maltija  li qed isir fil-kunvent tad-Dumnikani ġewwa l-Gwardamangia.

    P. Frans Micallef O.P. twieled ir-Rabat fl-1948 u ħa l-edukazzjoni tiegħu is-Seminarju u fil-Kulleġġ Filosofiku Teoloġiku San Tumas D’Akwinu . F’Settembru tal-1965 huwa għamel il-Professjoni Reliġjuza u ġie ordnat saċerdot f’Marzu tal-1971…

  • Kompli aqra »

Stedina għall-Assemblea Djoċesana 2013

  • Stedina għall-Assemblea Djoċesana 2013
  • Din hija stedina minn Mons. Arċisqof għall-Assemblea Djoċesana.

    Din ser issir nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru bejn is-6.00 u 9.00 ta’ filgħaxija, u s-Sibt 5 t’ Ottubru bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofsinhar.

    Post: ĊAK (Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni), Birkirkara

    Is-suġġetti għall-Assemblea ta’ din is-sena huma:

    Il-Ġimgħa: Preżentazzjoni ta’ rapport minn task force tal-Kummissjoni Djoċesana Familja – Riflessjoni Pastorali dwar Żwieġ u Familja…

  • Kompli aqra »

Professjoni Reliġjuża ta’ żewġ Sorijiet fl-Ordni Agostinjan

  • Professjoni Reliġjuża ta’ żewġ Sorijiet fl-Ordni Agostinjan
  • Nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru 2013, saret il-Professjoni Perpetwa ta’ Sr. Rosanne u Sr. Sandra fl-Ordni tas’ Sorijiet Agostinjani, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar. Mexxa din iċ-ċelebrazzjoni L-Eċċellenza Tiegħu Mons. Pawlu Cremona O.P. fil-prezenza tal-Madre Ġenerali Sr. Tessie Bezzina OSA. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.

  • Kompli aqra »