Yearly Archives: 2013

Volunteers’ Homecoming 2013

  • Volunteers’ Homecoming 2013
  • Il-Ħamis 26 ta’ Settembru – l-Arċisqof Pawl Cremona jilqa’ lura lill-voluntiera żgħażagħ li qattgħu is-sajf tagħhom f’ħidma missjunarja, Malta u barra minn xtutna.

    Din is-sena, aktar minn 500 żagħżugħ u żagħżugħa pparteċipaw fi proġetti ta’ volontarjat fi 13-il pajjiż differenti: fl-Asja, l-Afrika, l-Ewropa u l-Amerika Latina. Il-voluntiera rċievew il-mandat uffiċjalimill-Arċisqof Cremona qabel ma bdew il-missjoni tagħhom, aktar kmieni f’Ġunju.

    L-avveniment tal-Homecoming huwa appuntament annwali fejn iż-żgħażagħ jaqsmu mal-Arċisqof u ma’ xulxin l-ispirtu u l-esperjenzi tal-missjonijiet rispettivi…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 24 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 24 ta’ Settembru
  • Luqa 8, 19-21

    Ġew għalih ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk.” Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu.”

    Il-Qaddis tal-jum: Il-Verġni Marija tal-Hniena

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof u l-Isqof George Frendo jiċċelebraw 50 sena mill-professjoni reliġjuża

  • L-Arċisqof u l-Isqof George Frendo jiċċelebraw 50 sena mill-professjoni reliġjuża
  • Il-Ħadd 22 ta’ Settembru 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona u l-Isqof George Frendo ċċelebraw Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Gwardamanġa, fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju mill-professjoni reliġjuża fl-Ordni Dumnikana. 

    Għal din il-Quddiesa attenda l-President ta’ Malta, Dr George Abela, u s-Sinjura Abela. L-Isqof Awżiljarju Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca u l-Provinċjal l-ġdid tad-Dumnikani, Patri Frans Micallef, flimkien ma’ numru ta’ patrijiet Dumnikani kkonċelebraw f’din il-Quddiesa solenni…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 23 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ Settembru
  • Luqa 8, 16-18

    “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara  d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl.  Mela oqogħdu attenti kif tisimgħu! Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li jaħseb li għandu.”

    Il-Qaddis tal-jum: San Piju ta’ Pietralcina

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 22 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ Settembru
  • Il-25 Ħadd ta’ matul is-sena

    Luqa 16,1-13

    Qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu, ‘Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont ta’ l-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi.’ L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal, ‘Issa x’sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? …

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jħabbar tibdil fil-Kurja Rumana

  • Il-Papa Franġisku jħabbar tibdil fil-Kurja Rumana

  • The Holy Father has implemented the following changes in the organisation of the Roman Curia.

    – He has accepted the resignation from the role of Major Penitentiary of Cardinal Manuel Monteiro de Castro, who has reached the age of retirement…

  • Kompli aqra »

Messaġġ ta’ Mons. Tommaso Caputo, Arċisqof ta’ Pompei, fl-okkażjoni tal-Missjoni Marjana f’Malta u Għawdex

  • Messaġġ ta’ Mons. Tommaso Caputo, Arċisqof ta’ Pompei, fl-okkażjoni tal-Missjoni Marjana f’Malta u Għawdex
  • Dear Brother Bishops,

    Distinguished Authorities,

    Priests, religious and all the faithful beloved,

    It is with great joy that I address you on the occasion of the Marian Mission of the Rosary that will be held in Malta and Gozo from September 22nd to the 29th 2013…

  • Kompli aqra »

Il-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei f’Malta

  • Il-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei f’Malta
  • Wasal Malta l-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei għall-Missjoni Marjana bejn it-22 u d-29 ta’ Settembru. Din ser tkun immexxija minn saċerdoti Taljani mis-Santwarju f’Pompei, l-Italja.

    Il-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei ġie nkurunat mill-Papa Pawlu VI fil-Bażilika ta’ San Pietru, l-Vatikan, fit-23 ta’ April 1965. Fis-sena 2002, il-kwadru reġa ttieħed fi Pjazza San Pietru fuq talba tal-Beatu Ġwanni Pawlu II…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza

  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    21 ta’ Settembru 2013

    Ħuti,

    Minn meta pajjiżna kiseb l-Indipendenza u l-avvenimenti politiċi li ġraw wara – it-13 ta’ Diċembru u l-31 ta’ Marzu – Malta mhux biss saret ħielsa, iżda żdiedu u kibru r-responsabbiltajiet fit-tmexxija tal-pajjiż…

  • Kompli aqra »

Il-Vangelu tal-jum – 21 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Settembru
  • Mattew 9,9-13

    Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda…

  • Kompli aqra »