Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Mejju

Mark 10, 28-31

Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk.” Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subjien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ f’Ħal Safi

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof iltaqa’ ma diversi żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika (ŻAK) u mill-Kummissjoni Festa San Pawl Safi, fiċ-Ċentru Parrokkjali, bħala parti miż-Żjara Pastorali, f’Ħal Safi.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali f’Tas-Sliema (Ġesù Nazzarenu)

It-Tlieta 21 ta’ Mejju

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu għal-katekeżi fil-Knisja Parrokkjali.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti kollha fis-sala tal-kunvent tad-Dumnikani.

L-Erbgħa 22 ta’ Mejju

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan fil-Kurja.

Is-Sibt 25 ta’ Mejju

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija fis-sala tal-kunvent.

7.00 p.m. L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li t-Trinita Qaddisa hi l-wiċċ ta’ Alla

Pope Francis during Angelus

Qabel ma talab l-Angelus mal-pellegrini u turisti miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Franġisku fakkar fil-festa li ċċelebrat il-Knisja f’ġieħ it-Trinita Qaddisa. Huwa qal li “id-dawl tal-Għid il-Kbir u t’Għid il-Ħamsin iġedded fina ta’ kull sena il-ferħ u l-kobor tal-fidi li tirrikonoxxi lil Alla mhux bħala xi ħaġa vaga jew astratta imma lil Alla bħala mħabba”.

Il-Papa kompla li t-Trinita Qaddisa mhix il-prodott tar-raġuni umana, imma il-wiċċ li permezz tiegħu Alla rrivela lilu nnifsu fil-mixja tiegħu mal-umnita kollha… Kompli aqra »

L-Oratorju ‘San Paolo evangelizza i Maltesi’

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tippreżenta Oratorju minn Karlu Diacono, sabiex tikkomemora l-100 anniversarju mill-Kungress Ewkaristiku tal-1913 u s-sena tal-Fidi.

L-Oratorju, imtella’ minn solisti, l-kor Mirabitur u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta immexxija minn Dun Ġwann Galea.

Dħul huwa b’xejn.

Iktar dettalji mill-Poster t’hawn taħt.

. The Musical Heritage of the International Eucharistic Congress (1913)

Performance of Diacono’s Oratorio at St… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-27 ta’ Mejju

Mark 10, 17-27

Kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”  “Għaliex qiegħed issejjaħli ‘tajjeb’?” qallu Ġesù,”ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u  ‘l ommok.” U dak wieġbu u qallu: “Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti.” Mbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih   lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajja.” Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Ħal Għargħur

Fr Christopher Galea

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Christopher Galea bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Bartilmew, Ħal Għargħur.

Dun Christopher twieled fl-14 ta’ Ottubru 1969. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Mosta u fl-iskola St Michael’s, St Venera. Hu kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teologija (Filosofija u Teoloġija), fl-Università ta’ Malta.

Dun Christopher Galea ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju 1999 u nħatar viċi-kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi… Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-parroċċa taż-Żejtun

Dun Nicholas Pace

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Nicholas Pace bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun.

Dun Nicholas twieled fl-1 ta’ Diċembru 1961. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tas-Siġġiewi, fil-Kulleġġ Santu Wistin, tal-Pietà, u fil-Kulleġġ Stella Maris (6th Form) il-Gżira. Hu kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija), fl-Università ta’ Malta.

Dun Nicholas Pace ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1988 u nħatar viċi-kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara u wara, fil-parroċċa Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar… Kompli aqra »

27 ta’ Mejju – 2 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-ġenituri tal-missjunarji Maltin u jiċċelebra quddiesa f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.

7.45 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa organizzata mis-saċerdoti żgħażagħ b’suffraġju tal-Arċipriet Eric Overand, fis-Seminarju, Tal-Virtù.

It-Tlieta
L-Erbgħa

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma membri mill-Kunsill Pastorali Parrokkajli u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu, tas-Sliema (Parroċċa Ġesù Nazzarenu)… Kompli aqra »