“Alla mhux qed isejjaħlek għas-suċċess imma għall-fedeltà” – L-Arċisqof
Diskors tal-Arċisqof f’Jum it-Tagħlim Nisrani mal-Katekisti u l-għalliema tar-Reliġjon fil-bidu ta' sena kateketika ġdida
28/09/2016- Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel Diskors f’Jum it-Tagħlim Nisrani mal-katekisti u l-għalliema tar-Reliġjon li se jibdew sena kateketika ġdida. Il-laqgħa saret fis-Santwarju Ħniena Divina, in-Naxxar. L-Arċisqof semma’ diversi punti importanti dwar il-viżjoni ta’ kif katekist għandu jgħallem u jaġixxi matul il-formazzjoni tat-tfal li qed jgħallem. Fosthom, il-katekist għandu:
- Jattira lit-tfal b’dak li jattirahom
- Jiffoka l-katekeżi tiegħu fuq id-dover ċiviku
- Iwassal katekeżi bħala esperjenza ta’ fejqan
- Iwassal lit-tfal bl-imħabba, il-ħniena ta’ Alla
- Jirrakkonta b’ħeġġa stejjer ta’ qaddisin martri żgħażagħ
- Ikun konxju mid-dgħufija tiegħu, tal-Knisja u tat-tfal li jgħallem
- Jgħin lit-tfal jiżviluppaw intelliġenza li turi kompassjoni lejn ħaddieħor
- Ma jiġġudikax is-sitwazzjoni tal-familji tat-tfal, imma minflok ipoġġi l-imħabba
Messaġġ tal-Arċisqof Charles J…