“F’qalbhom, iż-żgħażagħ tagħna għandhom il-ħuġġieġa tal-fidi?” – L-Arċisqof
L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-425 sena mit-twaqqif tal-parroċċa ta' Ħal Kirkop
31/05/2017- Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
L-425 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa, Ħal Kirkop
29 ta’ Mejju 2017
“Iżda jien, għażilt lilkom u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott”. Dak li qegħdin niċċelebraw illejla proprju fil-ġurnata tad-29 ta Mejju 1592, jiġifieri 425 sena ilu – ħafna minnkom, jew uħud minnkom, jiftakru wkoll l-400 anniversarju fl-1992 li tiegħu hemm irħama kommemorattiva mal-koxxa tal-ġenb tal-knisja – dak li qegħdin niċċelebraw huwa proprju l-mument meta l-Mulej għażilkom iżjed minn 400 sena ilu, biex intom tkunu xhieda tal-imħabba tiegħu…