Arkivji mensili: Diċembru 2017

Is-Sorijiet tal-Karità jingħataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2017

  • Il-Premju Dun Mikiel Azzopardi għas-sena 2017 ingħata lis-Sorijiet tal-Karità bħala turija ta’ rikonoxximent u apprezzament għall-50 sena ta’ ħidma fid-Dar tal-Providenza. Il-premju ngħata lil Suor Natalie Abela, id-delegata Maltija għall-Provinċja Malta-Italja flimkien ma’ Suor Lorenza Borg, Superjura tal-komunità tas-sorijiet li jaħdmu d-Dar tal-Providenza.

    Dan tħabbar minn Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt kunċert li sar fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt il-patroċinju distint tal-E.T…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof lill-adolexxenti li għamlu l-Griżma fiż-Żurrieq

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, iż-Żurrieq

    12 ta’ Novembru 2017

    Ftit ħsibijiet u nixtieqkom toqgħodu attenti u tisimgħuni. L-ewwel nett nirringrazzjakom mill-ġdid, għeżież żgħażagħ, li ġejtu hawn illejla mal-parrini tagħkom u mal-ġenituri, biex qabel tirċievu l-Ispirtu s-Santu bħala Nsara adulti kif għadni kif iddikjaratkom, iġġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija.

    Meta tgħammidtu kontu trabi, ma tiftakrux l-Magħmudija tagħkom…

  • Kompli aqra »

Mexjin ġmielhom il-preparamenti għall-Festa ta’ Ġenerożità b’riżq id-Dar tal-Providenza

  • Ingħataw dettalji tat-22 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-Ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena organizzata mid-Dar tal-Providenza bl-appoġġ ta’ Radju RTK biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tal-Providenza tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha u ssaħħaħha. Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu t-Tlieta, 12 ta’ Diċembru 2017.

    Fr Martin semma’ erba’ għanijiet għall-Festa ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza: Li l-pubbliku jkun jista’ jiltaqa’ mar-residenti tad-Dar; li jara b’għajnejh xi proġetti u inizzjattivi importanti li saru jew qed isiru fid-Dar; li jinġabru fondi biex is-servizz siewi li tagħti d-Dar tal-Providenza jkun jista’ jibqa’ għaddej u jitjiebu u fl-aħħarnett, iżda mhux linqas, hu li jitwassal il-messaġġ li d-Dar tal-Providenza dejjem trid twassal: Is-soċjetà dejjem trid tirrispetta lill-persuni b’diżabilità, titrattahom bid-dinjità li jixirqilhom u toffrilhom l-għażliet u l-opportunitajiet li kulħadd għandu dritt li jgawdi…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jgħid lill-Insara li l-Quddiesa tagħti tifsira lill-jum tal-Ħadd

  • Pope Francis told the faithful on Wednesday that missing out on Mass on Sundays means missing out an encounter with the Lord.

    Speaking to those present in the Paul VI Hall for the weekly General Audience, the Pope reflected on the question: “why go to Mass on Sunday?”

    Continuing his catechesis on the Eucharist Pope Francis reminded Christians that we go to Mass on Sunday to meet the resurrected Lord – or better still – “to let ourselves be welcomed by Him, to hear His word, eat at His table, and by his grace fulfil our mission as members of the Mystical Body of the Church.”      

    Sunday is a holy day

    He said Sunday is a holy day for Christians, and it is rendered holy by the celebration of the eucharist which is the living presence of the Lord amongst us…

  • Kompli aqra »

The Man Who Invented Christmas

  • Direttur:          Bharat Nalluri                 

    Atturi:              Dan Stevens, Christopher Plummer, Jonathan Pryce, Simon Callow, Donald Sumpter, Miiam Margolyes, Morfydd Clark u Justin Edwards

    Ħin tal-Film:    104 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    Ninsabu fis-sena 1843, fejn niltaqgħu ma’ Charles Dickens li qiegħed jagħmel ħiltu kollha biex jerġa’ jikseb il-popolarità u l-fama li kien gawda għal tant snin qabel meta rnexxielu bin-novelli tiegħu, isir wieħed mill-aħjar kittieba ta’ żmienu.  Sfortunatament, l-aħħar tliet novelli li kiteb xejn ma marru tajjeb tant li beda jinkwieta ħafna minħabba li bdew jonqsu l-flus…

  • Kompli aqra »

The Disaster Artist

  • ***

    Direttur:          James Franco

    Atturi:              James Franco, Dave Franco, Seth Rogen, Alison Brie, Ari Graynor, Josh Hutcherson, Jacki Weaver, Zac Efron, Hannibal Buress u Andrew Santino

    Ħin tal-Film:    105 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Fl-1998, ġewwa San Francisco, Greg Sestero, żagħżugħ attur, kien jittama li xi darba jsir attur famuż…

  • Kompli aqra »

Wonder

  • *****

    Direttur:          Stephen Chbosky

    Atturi:              Julia Roberts, Owen Wilson, Jacob Tremblay, Mandy Patinkin, Daveeed Diggs, Isabela Vidovic, Gidget, Noah Jupe, Nadji Jeter, Millie Davis u Danielle Rose Russell

    Maħruġ minn KRS Releasing LTD

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    Film mill-isbaħ li jlaqqagħna ma’ August “Auggie” Pullman, tifel ta’ għaxar snin li twieled bis-sindrome Treacher Collins, sindrome li kien jisfigura l-wiċċ…

  • Kompli aqra »

Il-Mulej ifejjaqna bil-fidi tal-ħbieb tagħna – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament f'għeluq il-125 anniversarju mill-ftuħ tar-Residenza San Vinċenz de Paul

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Residenza San Vinċenz de Paule, Ħal Luqa

    11 ta’ Diċembru 2017

    L-Evanġelju li għadu kemm qara Fr Ivan Scicluna għandu frażi sabiħa ħafna li tgħidilna li f’Ġesù kien hemm il-qawwa ta’ Alla biex tfejjaq. Il-kliem eżatt huwa: “Il-qawwa t’Alla kienet fih biex ifejjaq” (Lq 5, 17)…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ Burmarrad

  • Bejn is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2017 l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija, Burmarrad.

    Waqt il-Viżta Pastorali, l-Arċisqof kellu l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal, l-adolexxenti, il-familji żgħażagħ u l-patrijiet Franġiskani Konventwali tal-parroċċa. Mons. Arcisqof iltaqa’ wkoll mal-komunità ta’ Burmarrad waqt laqgħa soċjali fil-każin tal-futbol ta’ Burmarrad F.C.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja

  • Ir-ritratti kollha huma aċċessibbli fuq il-websajt tar-Ritratti Uffiċjali tal-Knisja f’Malta…

  • Kompli aqra »

L-istudenti tat-Teoloġija jiġbru €1,200 b’riżq Dar Ħosea

  • Waqt l-attività annwali fuq il-kampus tal-Università, The Orange Campaign, l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija (Għ.S.T.) rnexxielha tiġbor €1,200 mill-bejgħ tal-għasir tal-larinġ, liema flus se jmorru għal Dar Ħosea, li tagħti appoġġ lil nisa vulnerabbli li jkunu rrikorrew għall-prostituzzjoni. 

    The Orange Campaign saret fuq medda ta’ jumejn: mit-Tnejn 4 sat-Tlieta 5 ta’ Diċembru 2017.

    Fost il-persuni li żaru l-attività u anke taw daqqa t’id kien hemm il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, l-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »