Arkivji mensili: Awwissu 2020

Jiftaħ għall-pubbliku l-mużew tal-Parroċċa Stella Maris

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Verġni Marija Kewkba tal-Baħar (Stella Maris)

Il-mużew tal-Knisja Parrokkjali tal-Verġni Marija Kewkba tal-Baħar se jiftaħ għall-ewwel darba għall-pubbliku fl-okkażjoni tal-festa ta’ Stella Maris nhar il-Ħadd 23 ta’ Awwissu 2020. Il-mużew, li jinsab biswit il-knisja f’50, Triq il-Kbira, Tas-Sliema, se jiftaħ il-Ħadd li ġej wara l-Quddiesa Solenni tal-10:30am. Għall-bqija tal-Ħdud il-mużew ser ikun miftuħ bejn l-10am u 12pm jew b’appuntament billi wieħed iċempel fuq 21334941.

Stella Maris hija l-eqdem parroċċa f’Tas-Sliema u l-mużew tagħha jiġbor ħafna tagħrif dwar l-iżvilupp ta’ din il-lokalità minbarra oġġetti marbutin mal-ġrajjiet tal-parroċċa, il-knisja nfisha, il-qassisin li taw servizz u n-nies li għexu fiha… Kompli aqra »

Ġesù mhux interessat li nkunu għonja fil-flus imma fl-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Sant'Elena

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“L-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-saltna tas-smewwiet” (Mt 19:23).

Ħafna setet iwiegħdu lil min jidħol fihom li Ġesù għandu l-qawwa jfejjaq il-mard kollu tagħhom, jagħmilhom għonja u sinjuri u kollox se jkun jimxi ħarir, fuq ir-rubini, kif ngħidu. Ġesù, meta jgħallimna r-regola ta’ min irid jimxi warajh ma jwegħidniex la għana, la saħħa, la sbuħija, ma jwegħidniex il-frugħa ta’ din id-dinja… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 18 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 28, 1-10
Salm: Dewt 32, 26-27ab.27ċd-28.30.35ċd-36ab

L-Evanġelju: Mt 19, 23-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet”.

Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: M’hemmx limiti għall-fidi umli

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju ta’ dal-Ħadd (cfr Mt 15,21-28) jiddeskrivi l-laqgħa ta’ Ġesù mal-mara Kangħanija.  Ġesù jinsab fit-tramuntana tal-Galileja, f’territorju stranġier, biex jibqa’, flimkien mad-dixxipli tiegħu, ftit imbiegħed mill-folol li dejjem kienu jfittxuh f’għadd jikber.  U hekkhu, tersaq mara titlob l-għajnuna għal bintha marida: “Ħenn għalija, Mulej!” (v. 22).  Hija l-karba li tinbet minn ħajja mmarkata bis-sofferenza, mis-sens ta’ impotenza ta’ omm li tara lil bintha tturmentata mill-gwaj u ma tistax tfejjaqha.  Għall-bidu Ġesù ma jagħtix kasha, imma din l-omm tinsisti, tinsisti anki meta l-Imgħallem jgħid lid-dixxipli li l-missjoni tiegħu “Mhix ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Iżrael” (v… Kompli aqra »

Fidi li ċċaqlaq il-muntanji – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-20 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Mal-ewwel daqqa ta’ għajn, jaħsadna dan l-Evanġelju li smajna llum. U ngħidu: dan l-istess Ġesù li nafu? Hawnhekk, meta din il-mara tersaq lejh, għall-bidu jinjoraha. Imbagħad, meta d-dixxipli jgħidulu biex jeħles minnha, ma jagħtix kashom. Imbagħad meta terġa’ tkellmu hi, kważi kważi jqabbilha mal-ġriewi, mal-klieb. Għalhekk dan l-Evanġelju jaħsadna! Ngħidu: dan hu l-istess Ġesù li nafu li kien ifejjaq il-morda, li kien jagħder lill-midinbin, li dejjem ifittex li jagħmel il-ġid lil kulħadd? … Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 17 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 24, 15-24
Salm: Dewt 32, 18-19.20.21

L-Evanġelju: Mt 19, 16-22

F’dak iż-żmien, resaq wieħed fuq Ġesù u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”. U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti”. “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ’l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek”… Kompli aqra »

Nitgħallmu mill-mara Kangħanija, ma naqtgħux qalbna u ninsistu ma’ Alla – L-Arċisqof

L-20 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jitlaq il-Galilija u l-Lhudija li huma t-territorju tal-poplu ta’ Iżrael u jerħilha lejn Tir u Sidon. Kienu żewġt ibliet fuq ix-xatt tal-Mediterran, iħarsu lejna jiġifieri, u kienu wkoll bliet prattikament pagani.

Ġesù jersaq lejn territorju li suppost huwa territorju ostili, li huwa territorju li m’għandux fidi fih, imma jersaq lejh. U toħroġ mara minn dawk l-inħawi, mara Kangħanija… Kompli aqra »

F’daż-żmien ejjew nduru lejn il-Madonna għas-saħħa tal-morda, imma anki għall-faraġ tal-imnikktin – L-Arċisqof

Quddiesa Pontifikali fis-solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek u int, għax hu sidek, agħtih qima” (S 44:12).

Is-salm 44 illum huwa applikat għall-mod kif iħares Alla lejn il-qaddejja tiegħu Marija ta’ Nazaret. Fil-providenza u l-ħniena kbira tiegħu mit-tnissil tagħha ħarisha mid-dnub oriġinali. Is-sbuħija ta’ din il-mara hija opra tal-ħniena u l-imħabba ta’ Alla. Ma’ din il-missjoni speċjali li l-anġlu Gabrijel iħabbrilha u li hi tilqa b’sens kbir ta’ ubbidjenza u ta’ disponibbiltà, il-Mulej ta wkoll qalb li tħobb ħafna… Kompli aqra »