Ħajja ta’ frott bnin – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fis-26 Ħadd ta' Matul is-Sena
04/10/2020 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Min mhuwiex midħla tar-raba’ jew mhuwiex fl-industrija tal-inbid, forsi llum ma tantx tinteressah għalqa ta’ dwieli. Ma kienx hekk fi żmien Ġesù, għax l-idea ta’ għalqa ta’ dwieli kienet għan-nies xi ħaġa għażiża. Għalhekk Alla jqabbel ir-rabta tiegħu mal-poplu Lhudi proprju ma’ din l-attenzjoni u mħabba għall-għalqa tad-dwieli. Setgħu jifhmu n-nies li hemm kien qed jgħid kemm hu jgħożż il-poplu tiegħu li hu għażel… Kompli aqra »