Il-Mulej ħerqan jaħfrilna, idewwina u jsaffina – L-Arċisqof
Quddiesa li matulha ġie kkonsagrat l‑artal il‑ġdid u mbierka l‑ambone u s‑sedja l‑ġodda
20/09/2020 Il-Bażilika Minuri ta' San Pawl, ir-RabatL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-Mulej jixtieq li ntellgħu l-offerta tagħna fuq l-artal anke għaliex meta qalilna biex nagħmlu dak li għamel hu b’tifkira tiegħu, kien qed jirreferi għall-offerta tal-ħobż u l-inbid li bil-qawwa tal-ispirtu u l-kelma ta’ Ġesù jsiru l-ġisem u d-demm tal-imgħallem.
Dik hi l-offerta tagħna. “Jekk tkun qiegħed ittella’ l-offerta tiegħek fuq l-artal”, jekk qiegħed tipprepara biex tiċċelebra l-Ewkaristija, “u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja tella’ l-offerta tiegħek” (Mt 5:23-24)… Kompli aqra »