Yearly Archives: 2020

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 11 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 9, 16-19.22b-27
Salm: 83 (84), 3.4.5-6.12

L-Evanġelju: Lq 6, 39-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu.

Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

Ħobb lill-għadu tiegħek billi taħfirlu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li dan il-kliem ta’ Ġesù li nsibuh anke fl-Evanġelju ta’ San Mattew – din is-silta hija meħuda mill-kapitlu 6 ta’ San Luqa – dan il-kliem forsi huwa wieħed mill-iżjed kliem iebes ta’ Ġesù, iebes fis-sens li huwa kliem ta’ sfida kbira u ħafna drabi bil-loġika tad-dinja ma jagħmel assolutament l-ebda sens.

Jekk ikollna nifhmu xi jrid jgħid Ġesù, hemm kelma waħda li nħoss tfisser kollox: il-kelma ħniena… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 10 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 8, 1b-7.11-13
Salm: 138 (139), 1-3.13-14ab.23-24

L-Evanġelju: Lq 6, 27-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku waqt l-Udjenza: Ikkonfronta l-Covid b’imħabba bla limitu

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-kriżi li qed ngħixu minħabba l-pandemija qed tolqot lil kulħadd; minnha nistgħu noħorġu aħjar jekk infittxu flimkien il-ġid komuni; inkella, agħar milli aħna se noħorġu. B’xorti ħażina, qed naraw ħerġin l-interessi ta’ parti jew oħra. Ngħidu aħna, hemm min irid jaħtaf taħt idejh soluzzjonijiet possibbli, bħal fil-każ tal-vaċċini, u mbagħad ibigħhom lill-oħrajn. Xi wħud qed japprofittaw mis-sitwazzjoni biex irewħu firdiet: biex ifittxu vantaġġi ekonomiċi jew politiċi, u hekk joħolqu jew iżidu l-kunflitti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 9 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 7, 25-31
Salm: 44 (45), 11-12.14-15.16-17

L-Evanġelju: Lq 6, 20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina… Kompli aqra »

Jum speċjali ta’ ċelebrazzjoni tal-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-festa tat-twelid ta’ Marija hija festa li tiċċelebra l-ħajja. Kull twelid hu ċelebrazzjoni tal-ħajja, imma meta naħsbu f’Marija dejjem naraw din l-enfasi speċjali fuq il-ħajja. Nixtieqkom tinnutaw kif aħna niċċelebraw bil-kbir żewġ festi ta’ Marija li huma hekk konnessi: it-8 ta’ Diċembru, it-tnissil tagħha; u disa’ xhur wara, illum, it-8 ta’ Settembru, it-twelid tagħha. Dan ifisser li aħna niċċelebraw il-bidu tal-ħajja ta’ Marija fit-tnissil tagħha – għax hemm hu l-bidu – u llum niċċelebraw il-fatt li ommha u missierha laqgħu din it-tifla, u setgħet titwieled wara dawk ix-xhur kollha tiżviluppa bħala bniedma… Kompli aqra »

L-Omm tat-tama – L‑Arċisqof

Quddiesa fil-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija

  Il-Kolleġġjata ta' Marija Bambina, in-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu nimmaġinaw il-ferħ ta’ din il-koppja li titweldilha tarbija. It-tradizzjoni tgħidilna li kienu Anna u Ġwakkin u li semmew it-tifla tagħhom, dik li aħna nħobbu, inqimu u nivveneraw bħala “il-Bambina”, semmew din il-bambina Marija, Marjam jew Mirjam. Nixtieq nislet riflessjoni qasira dwar l-ismijiet għeżież tal-ġenituri tal-Bambina u tal-Bambina nnifisha. għaliex illum kulħadd bil-maskra jew bil-visor u l-karità tfisser ukoll li m’għandix indum… Kompli aqra »