Arkivji mensili: Marzu 2021

Direttivi dwar it-Tridu tal-Għid 2021

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tippubblika direttivi dwar it-Tridu tal-Għid ta’ din is-sena, jiġifieri Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid. Dan sabiex titħares is-saħħa tal-poplu billi jiġu osservati numru ta’ miżuri li jindirizzaw is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija. 

F’dawn il‑jiem importanti fil‑ħajja tan‑Nisrani, il‑knejjes ser ikunu miftuħa biss għal talb privat kif kien tħabbar fil‑bidu ta’ dan ix‑xahar. Għalhekk, fil‑ħin li l‑knisja tkun miftuħa għall‑pubbliku, mhux ser jiġi organizzat talb komunitarju jew xi attività reliġjuża. Iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi ta’ matul it‑Tridu tal‑Għid ser isiru mingħajr il‑preżenza tal‑pubbliku… Kompli aqra »

Quddies f’Jum id-Duluri

Għada l-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu, Jum id‑Duluri, il‑quddies li jixxandar kuljum mill‑Isqfijiet se jsir mill‑Knisja ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x‑xbihat devoti tal‑Kurċifiss mirakoluż u tad‑Duluri li s-soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat‑toroq tal‑Belt.

Il‑quddiesa tad‑9:30am segwita mit‑talba tar‑Rużarju se titmexxa mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Il‑quddiesa tal‑5:30pm li wkoll se tkun segwita mit‑talba tar‑Rużarju se titmexxa mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna.

L‑Insara huma mistiedna jingħaqdu fit‑talb mal‑Isqfijiet waqt il‑quddies li ser jixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mtKompli aqra »

L-‘iva’ tal-omm u tal-iben – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li l-festa tal-lum tinġabar fir-responsorju li tlabna fis-Salm Responsorjali tal-lum: “Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek” (S 39:8-9). ‘Hawn jien, Mulej, ġejja nagħmel ir-rieda tiegħek.’

Għaliex illum jiltaqħu mhux ‘iva’ waħda imma tnejn: l-‘iva’ tal-omm u l-‘iva’ tal-iben. Lill-Missier jgħidlu: “Vittmi tal-ħruq u tat-tpattija int ma tlabtx imbagħad jien għedt: ‘Hawn jien ġej’ (ara Lhud 10:6-7)”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Nitolbu f’komunjoni ma’ Marija

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum il-katekeżi hi ddedikata lit-talb f’komunjoni ma’ Marija, u ħabtet tajjeb lejlet is-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej. Nafu li t-triq li fiha nitgħallmu nitolbu bħala Nsara hija l-umanità ta’ Ġesù. Fil-fatt, il-kunfidenza tipika tat-talb Nisrani tkun nieqsa mis-sinifikat tagħha kieku ma seħħitx l-Inkarnazzjoni tal-Verb, li fl-Ispirtu tana r-relazzjoni filjali tiegħu mal-Missier. Smajna, fil-qari, dwar kif id-dixxipli, in-nisa twajba u Marija nġabru flimkien fit-talb, wara t-Tlugħ tal-Mulej fis-Sema: kienet l-ewwel komunità Nisranija li kienet qed tistenna d-don ta’ Ġesù, il-wegħda ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Marzu

It-Tħabbira tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 7, 10-14; 8, 10
Salm: 39, 7-11
It-Tieni Qari: Lhud 10, 4-10

L-Evanġelju: Lq 1, 26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”

Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima… Kompli aqra »

Il-verità teħlisna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tagħrfu l-verità, u l-verita teħliskom.” Dan hu l-kliem li Ġesù qal lil-Lhud f’wieħed mill-battibekki li kellu magħhom. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann insibu mumenti fejn Ġesù jagħmel diskursata sħiħa man-nies; huma jgħidulu ħaġa, u hu jgħidilhom ħaġa oħra. Hawn jgħidilhom: “Jekk iżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħu, u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom.” Huma ħaduha bi kbira li qed isemmi l-ħelsien, li jridu jinħelsu minn xi ħaġa… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3, 14-20.91-92.95
Salm: Dan 3, 52.53-54.55-56

L-Evanġelju: Ġw 8, 31-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”. Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”.

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub… Kompli aqra »