Dun Annett: raġel ta’ eżempju rispettat madwar id-dinja – L-Arċisqof
Quddiesa f’għeluq l‑10 anniversarju mill‑mewt tal‑Isqof Annetto
29/11/2021 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana“Immorru ferħana f’dar il-Mulej” (S 121). L-aħħar jum ta’ Dun Annett bħal-lum 10 snin, kien jum imqalleb ta’ tbatija kbira għalih imma aħna nafuh u nirrispettawh fil-memorja tiegħu għas-serenità tiegħu, għall-ferħ tiegħu li kien jiġi minn bniedem li jaf jitgħallem jistrieħ fir-rieda ta’ Alla, li l-għan ta’ ħajtu kienet l-ubbidjenza lejn ir-rieda tal-Mulej. U t-tbissima ġentili tiegħu kienet mera ta’ din ir-ruħ retta u dixxiplinata, kif jgħidu l-Ingliżi ‘to a fault’, bħalma kienet il-lealtà tiegħu lejn is-superjuri tiegħu f’kull ċirkustanza u t-tbatija tiegħu kienet ukoll ġejja minn hemmhekk… Kompli aqra »