L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ġunju
25/06/2022Il-Qalb bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija – Tifkira
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Is 61:9-11
Salm: 1 Sam 2:1,4-8
L-Evanġelju: Lq 2:41-51
Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh… Kompli aqra »