Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Novembru

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 2:1-5
Salm: 121(122):1-2,4-5,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Rum 13:11-14a

L-Evanġelju: Mt 24:37-44

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Għax kif fiż-żmien ta’ qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewġu u jżewġu sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem… Kompli aqra »

L-ewwel Ħadd tal-Avvent – Tama

L-ewwel ġurnata ta’ sena ġdida.
L-ewwel ġurnata tal-iskola.
L-ewwel ġurnata tas-sajf.
L-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Milied.
L-ewwel Ħadd tal-Avvent.

L-ewwel ġurnata ta’ kull perjodu titqies bħala opportunità biex nagħmlu xi ħaġa ġdida; nibdew drawwa ġdida, intejbu fejn mhux tajjeb; u nagħmlu għanijiet ġodda u nżommu magħhom. Inħarsu lejn dawn il-ġranet ‘ġodda b’ċerta ħerqa għalkemm mhux għal kulħadd bl-istess mod. Hemm min iħares lejn dan iż-żmien b’mod pożittiv u jużah biex jagħti dik l-imbuttatura ħalli jsir sforz ġdid… Kompli aqra »

Siltiet mill-10 anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tal-Arċisqof

Nhar il-Ħamis 24 ta’ Novembru, fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mindu ġie ordnat isqof, Mons. Charles Scicluna żar il-Freeport fejn ċċelebra quddiesa f’wieħed mill-imħażen u ltaqa’ mal-impjegati. Il-quddiesa kienet offruta għal dawk li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol. Wara l-quddiesa, l-Arċisqof iddawwar mal-Freeport fejn kellu ċ-ċans jara l-faċilitajiet tal-kumpanija. Fi tmiem iż-żjara, l-Arċisqof bierek niċċa tal-Madonna tad-Duluri u talab mal-impjegati għal dawk il-ħaddiema li mietu.

Filgħaxija, l-Arċisqof iċċelebra l-anniversarju tiegħu b’quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Ingħaqad ma’ Sebħ biex tkun eliminata l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal

Mill-25 ta’ Novembru sal-10 ta’ Diċembru, matul is-sittax il-jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, Fondazzjoni Sebħ, qed tniedi kampanja madwar Malta u Għawdex bl-isem ‘Stand with Sebħ’. Matul din il-kampanja, kumpaniji, organizzazzjonijiet u l-pubbliku huma mħeġġa jxerrdu l-messaġġ li huma wkoll qed jingħaqdu ma’ ‘Sebħ fil-ġlieda biex tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal’.

Din il-kampanja bdiet ilbieraħ b’konferenza għall-maniġers fil-qasam tar-riżorsi umani fil-Palazz ta’ Sant’Anton, taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza tiegħu l-President George Vella… Kompli aqra »

Aktar minn 400 persuna ttemm b’suċċess korsijiet offruti mill Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

Aktar minn 400 persuna temmew b’suċċess il-korsijiet offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (PFI). Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret ilbieraħ, il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2022, u tmexxiet mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Iċ‑ċerimonja bdiet b’quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Ħ’Attard u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.

Fost il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kien hemm wieħed fil-qasam tal‑katekeżi, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu, it‑teoloġija, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, u l‑iskopertà tal‑fidi permezz tal‑arti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 22:1-7
Salm: 94 (95):1-2,3-5,6-7

L-Evanġelju: Lq 21:34-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha… Kompli aqra »

Agħtina ż-żmien neċessarju biex nitgħallmu tassew inħobbu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Photo by Pixabay L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-aħħar ġimgħa tas-sena liturġika, l-Evanġelji jfakkruna fit-tmiem. Aħna rridu nikkonfrontaw ruħna mal-qawwa tan-natura, li tfakkarna kemm m’aħna xejn; u, kif kollox, inkluż il-ħolm tagħna, jista’ jiġġarraf f’mument. Illum pereżempju, x’ġurnata ta’ riħ qawwi. Kultant waqt din il-quddiesa se tisimgħu xi tisfira. Ir-riħ ma nistgħux nikkontrollawh, imma jfakkarna li l-idea li aħna in control ta’ kollox, hija ħrafa… Kompli aqra »

Gratitudni u Apprezzament – L-Isqof Galea-Curmi

Messaġġ f’għeluq il-quddiesa tal-10 anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Charles Scicluna

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Sinjur Alla, jien għandi bżonnok”. Eċċellenza, din it-talba sempliċi u profonda ta’ San Ġorġ Preca, flimkien ma’ “Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla”, hi waħda mill-espressjonijiet l-aktar komuni li smajtek tgħid kemm-il darba f’okkażjoni jew oħra f’dawn l-aħħar għaxar snin, u donnu iktar kemm ilek arċisqof. Nifhmek. Naraha tesprimi ħafna l-konvinzjoni tiegħek, li għandha tkun ukoll tagħna, imma naraha wkoll tiġbor dak li tul dawn l-għaxar snin int fittixt li twassal u twettaq b’tant dedikazzjoni u ġenerożità… Kompli aqra »

Nitlobkom tkunu hemm għalija, tħennu għalija, tieħdu paċenzja bija – L-Arċisqof

Quddiesa fl-10 anniversarju mindu Mons. Charles Scicluna ġie ordnat isqof

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kelma li Ġesù jgħid lil Pietru nitlobkom biex tibqa’ tidwi fil-qalb tiegħi: “Ejja warajja” bħalma tibqa’ tidwi fil-qalb tiegħi l-mistoqsija li Ġesù jagħmel lil Pietru għal darba, darbtejn, tlieta: “Tħobbni int?” (Ġw 21:16). Itolbu għalija biex inħoss l-għafsa tal-qalb bħalma għamel Pietru,  meta nagħraf id-dgħufija tiegħi u niftakar fi dnubieti u b’sens ta’ fiduċja lill-Mulej ngħidlu: “Mulej, inti taf kollox, inti taf li nħobbok” (Ġw 21:17)… Kompli aqra »