Yearly Archives: 2022

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:3-11
Salm: 95 (96):1-2a,2b-3,5b-6

L-Evanġelju: Lq 2:22-35

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej”, u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej.

F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu… Kompli aqra »

Riżoluzzjonijiet: Issa u Kull Mument

Matul il-ġimgħa bejn il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ħadd ma jaf eżatt x’suppost għandu jagħmel. Hemm min jipprova jlaħħaq max-xiri tal-Milied filwaqt li jakkwista kemm jista’ mill-aqwa sales, oħrajn jiltaqgħu mad-diversi membri tal-familja waqt xi ikla ta’ nofsinhar jew filgħaxija, hemm min imur għal btala ta’ ftit jiem, l-istudenti jippruvaw ilaħħqu mal-istudju, waqt li l-ġenituri jistennew bil-ħerqa li uliedhom imorru lura l-iskola.

Hemm ħafna x’tagħmel waqt din il-ġimgħa, però fl-istess waqt, qisu m’hemm xejn… Kompli aqra »

Kartolina liċ-ċittadini ta’ pajjiżna mill-Kummissjoni Ambjent

F’dawn il-ġranet li fihom kulħadd jinsa d-differenzi u jagħti l-awguri tal-Milied u s-Sena t-Tajba, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tixtieq tieħu l-okkażjoni sabiex tibgħat kartolina ta’ awguri miftuħa liċ-ċittadini ta’ pajjiżna. Dawn l-awguri huma ispirati mill-pariri li ta l-Papa Franġisku fl-Enċiklika tiegħu Laudato Si` … sabiex b’hekk iż-żjara tiegħu li għamel fostna tibqa’ tkun sors ta’ motivazzjoni biex nimpenjaw ruħna għall-ġid veru ta’ ħutna u tad-dar komuni li ngħixu fiha… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Aħna xhieda ta’ Kristu?

  Pjazza San Pietru, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-festa t-tajba!

Ilbieraħ iċċelebrajna t-Twelid tal-Mulej u biex tgħinna nilqgħuh aħjar, il-Liturġija ttawwal il-festa sal-1 ta’ Jannar: għal tmint ijiem.  Sorprendentement, però, f’dawn l-istess jiem jitfakkru xi figuri drammatiċi ta’ qaddisin martri.  Per eżempju, illum San Stiefnu, l-ewwel martri nisrani; u pitgħada l-Qaddisin Innoċenti, it-tfal li nqatlu minn Erodi għax beża’ li Ġesù kien se joħodlu t-tron (cfr Mt 2,1-18).  … Kompli aqra »

Aħseb u Ara | Ep. 8: Il-paċi

F’dan l-aħħar episodju nħarsu lura lejn it-temi kollha li ġew diskussi matul din is-serje. Issir stedina għal azzjonijiet konkreti fuq livell individwali u bħala komunitajiet. Niddiskutu wkoll ir-rwol tal-politika u l-involviment tan-Nisrani f’dan il-qasam tant importanti biex jiddetermina t-tip ta’ soċjetà li rridu nibnu u l-promozzjoni tal-paċi u l-ġustizzja soċjali.

🎙️ Mistiedna

Daniel Darmanin – President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Benjamin Flores-Martin – Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u PaċiKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5; 2:2
Salm: 123:2-5,7b-8

L-Evanġelju: Mt 2:13-18

Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”.

Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi… Kompli aqra »

Ejjew ilkoll nimpenjaw ruħna sabiex l-ikel ikun biss strument ta’ paċi – Il-Papa waqt l-Urbi Et Orbi

  Loġġa Ċentrali tal-Bażilika ta’ San Pietru, Il-Vatikan

Għeżież ħuti minn Ruma u mid-dinja kollha, il-Milied it-tajjeb!

Jalla l-Mulej Ġesù mwieled mill-Verġni Marija, iġib lil kulħadd l-imħabba t’Alla, għajn ta’ fiduċja u tama; u, jġib ukoll id-don tal-paċi li l-anġli ħabbru lir-rgħajja ta’ Betlehem: “Glorja ‘l Alla fl-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin li huwa jħobb” (Lq 2,14).

F’dal-jum ta’ festa ndawru ħarsitna lejn Betlehem.  Il-Mulej jiġi fid-dinja fi grotta u jitqiegħed f’maxtura tal-annimali, għax il-ġenituri tiegħu ma setgħux isibu kenn minkejja li għal Marija kien wasal żmien il-ħlas.  … Kompli aqra »

Ferħ għall-poplu kollu – L-Isqof Galea-Curmi

  Knisja Parrokkjali Lunzjata, Ħal Balzan

pexels.com – Photo by Jeswin Thomas L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu” (Lq 2:10). Dan hu l-messaġġ li l-anġlu tal-Mulej qal lir-rgħajja, meta dehrilhom bil-lejl, waqt li kienu għassa mal-merħla, biex iħabbrilhom li twieled Ġesù, li l-anġlu sejjaħlu: il-Messija, is-Salvatur, il-Mulej.  F’din l-Aħbar hemm diġà dak li hu l-iktar importanti aħna u niċċelebraw il-lejl tal-Milied. L-anġlu qalilhom b’mod ċar, speċjalment meta qabadhom biża’ kbir, li ma kellhomx għalfejn jibżgħu, ma kellhomx minn xiex jibżgħu, anzi kellhom għalfejn jifirħu, għax dak li twieled hu dak li jġib il-ferħ… Kompli aqra »