Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 5:1-10
Salm: 149:1-2,3-4,5-6a u 9b

L-Evanġelju: Lq 19:41-44

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal qrib il-belt ta’ Ġerusalemm u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “Mhux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk!

Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: “Aħjar naqraw x’inhu jiġri u mbagħad nieħdu d-deċiżjonijiet”

Għeżież ħut, l-għodwa t-tajba, merħba!

Illum nerġgħu naqbdu l-katekeżijiet fuq it-tema tad-dixxerniment. Rajna kemm hu importanti naqraw iċ-ċaqliq ta’ ġo fina, biex ma niħdux deċiżjonijiet ta’ malajr, mal-mewġa tal-emozzjoni tal-mument, biex imbagħad jiddispjaċina meta jkun tard wisq. Mela, aħjar naqraw x’inhu jiġri u mbagħad nieħdu d-deċiżjonijiet.

F’dan is-sens, anki l-istat spiritwali li nsejħulu deżolazzjoni, meta fil-qalb kollox ikun mudlam, ta’ diqa, dan l-istat tad-deżolazzjoni jista’ jkun okkażjoni biex nikbru… Kompli aqra »

Il-Knisja toġġezzjona għall-bini ta’ appartamenti li se jgħattu kappella fiż-Żejtun

Kunsill Lokali Żejtun

Il-Knisja ngħaqdet ma’ mijiet ta’ persuni u entitajiet li qed joġġezzjonaw għat-twaqqigħ ta’ dar fiż-Żejtun li nbniet fis-seklu 18 biex minfloka tinbena blokka appartamenti li se tgħatti l-kappella ta’ San Klement li nbniet fis-seklu 17.

L-applikazzjoni PA/6418/22 tinkludi t-twaqqigħ tad-dar u l-ġnien tagħha fi Triq San Klement u Triq Joe Attard biex tinbena blokka appartamenti ta’ ħames sulari u tkopri garaxxijiet, uffiċċju, disa’ appartamenti u penthouse… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet djoċesani fil-festa ta’ Kristu Re

L-Assemblea Djoċesana 2021

Nhar il‑Ħadd li ġej il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra l‑festa ta’ Kristu Re. B’rabta ma’ din il‑festa hekk importanti għall‑Knisja Kattolika, fil‑jiem li ġejjin il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra tliet ċelebrazzjonijiet djoċesani importanti. Din is‑sena l‑Assemblea Djoċesana se terġa’ ssir fuq jumejn waqt li se jerġa’ jiġi ċċelebrat lokalment il‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ.

L‑Assemblea Djoċesana

Għada l‑Ħamis 17 ta’ Novembru u l‑Ġimgħa 18 ta’ Novembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana li ser tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna… Kompli aqra »

Aħseb u Ara | Ep. 5: Il-Familja

F’dan l-episodju nitkellmu ma’ koppja żagħżugħa dwar il-ħajja tagħhom bħala familja. Fost it-temi diskussi nitkellmu dwar x’tip ta’ deċiżjonijiet tinvolvi l-ħajja familjari, kif tinbidel il-ħajja fil-komunità, u x’inhuma l-isfidi li jiġu affaċċjati.

🎙️ Mistiedna

Claire Callus
Simon Callus

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u PaċiKompli aqra »

L-aqwa żmien hu ż-żmien meta nħarsu u ngħożżu l-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa għall-gradwati ġodda tal-Università ta' Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-ewwel nett nixtieq nifirħilkom, għeżież ħbieb, u nifraħ magħkom f’Jum il-Gradwazzjoni. Il-laqgħa tagħna flimkien hawnhekk hi ċelebrazzjoni ta’ ringrazzjament lil Alla, li minnu jiġina kull ġid. Intom qed tgħidulu grazzi għall-għajnuna tiegħu tul is-snin biex intom ilkoll stajtu taslu għal Jum il-Gradwazzjoni tagħkom. Żgur li għaddejtu kultant minn żmien iebes, speċjalment iż-żmien meta kienet qawwija l-pandemija Covid-19 u din ġabet tħarbit f’diversi oqsma… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 4:1-11
Salm: 150:1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 19:11-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: “Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi”… Kompli aqra »

Is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Kattolika jiffirma ftehim mal-MUT għall-Gradi ta’ Servizzi ta’ Sapport lill-Istudenti

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika llum iffirma ftehim mal-Malta Union of Teachers (MUT) biex ikopri lil dawk impjegati bħala Gradi ta’ Servizzi ta’ Sapport lill-Istudenti.

Aktar minn 20 impjegat li joffru s-servizzi tagħhom lill-iskejjel tal-Knisja se jibbenefikaw minn dan il-ftehim, li qed jiġi datat b’lura għall-1 ta’ Jannar, 2019, u jirrifletti dak iffirmat bejn l-MUT u l-Istat.

Gradi ta’ Servizzi ta’ Sapport lill-Istudenti — li ​​jinkludu professjonisti psikosoċjali, bħal counsellors, u speċjalizzazzjonijiet oħra — issa se jaraw titjib fis-salarji tagħhom kif ukoll rikonoxximent mistħoqq għax-xogħol tagħhom… Kompli aqra »

L-għajta ta’ min qed ibati – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni” (Lq 18:38). Din hija t-talba li beda jgħajjat dan l-għama li kien mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità, u li għamilha meta Ġesù kien għaddej minn din it-triq riesaq lejn Ġeriko. Għax kien għama, ma setax jara lil Ġesù, imma sema’ l-kotra għaddejja, u għalhekk staqsa min kien. Qalulu li kien Ġesù ta’ Nażaret, u dan ir-raġel beda jokrob għall-għajnuna: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni”… Kompli aqra »