Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Diċembru

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 52:7-10
Salm: 97(98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6
It-Tieni Qari: Lhud 1:1-6

L-Evanġelju: Ġw 1:1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux… Kompli aqra »

Nagħmlu Spazju għall-Imħabba

Inneħħu dak li hu żejjed

Jekk qatt kont f’xi għar, taf li mhuwiex l-iktar post pjaċevoli – id-dlam, l-insetti, it-trab, iż-żibel, il-ħmieġ. Li tidħol ġo l-għerien hija avventura fiha nfisha u mhux esperjenza li kulħadd ikun jixtieq jgħaddi minnha.

Qalbi kultant tkun l-istess, mimlija fdalijiet ta’ dak li xi darba kien ħaj, memorji li qed jitmermru fl-irkejjen, u ħmieġ minsi ma’ kullimkien. Ħafna imbarazz jinġema’ ġewwa fina, u aħna nistmerru jew nistħu nħabbtu wiċċna miegħu… Kompli aqra »

Għożża, Kenn u Faraġ

Il-messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena xtaqt li nwassal il-messaġġ għal dawn il-jiem qaddisa tal-Milied minn knisja ċkejkna, imma għażiża ħafna għalina l-Maltin u l-Għawdxin. Qiegħed fil-knisja tal-Griegi, kif nafuha, fi Triq l-Arċisqof il-Belt Valletta, mhux ’il bogħod, anzi ftit passi ’l bogħod mill-Palazz tal-Gran Mastru, is-sede uffiċjali tal-President tar-Repubblika.

F’din il-knisja, li hi afdata lill-komunità tal-Griegi Kattoliċi Maltin, għandna ikona prezzjuża ħafna li ilha fostna mill-1530, kważi 500 sena u ġabuha l-Kavallieri magħhom, ġabitha familja li ġiet mal-Kavallieri mill-gżira Griega ta’ Rodi… Kompli aqra »

Quddiesa ta’ Nofsillejl – 24 ta’ Diċembru 2022

  Katidral Metropolitan, L-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Tirritorna d-dimostrazzjoni bil-Bambin

Id-dimostrazzjoni bil-Bambin lejlet il-Milied għandha l-għeruq tagħha fis-Soċjetà tal-MUSEUM għaliex kien San Ġorġ Preca li madwar 100 sena ilu wera din ix-xewqa, is-soċji kien irnexxielhom jakkwistaw Bambin u daru t-toroq tal-Ħamrun bix-xbieha ta’ Ġesù Bambin. Minn hemm it-tradizzjoni tad-dimostrazzjoni nxterdet mal-irħula kollha.

Newsbook.com.mt tkellmet mas-Superjer tal-MUSEUM ta’ Ħaż-Żabbar Brian Psaila li stqarr li hu bħala persuna jgħix għal Milied. Mistoqsi x’inhi r-rabta tas-Soċjetà mal-Milied, huwa beda billi semma’ d-distintiv “il-Verbum Dei Caro Factum Est’- L-Iben t’Alla Sar Bniedem , id-domna li jinkoraġixxu li tintlibes kuljum biex tfakkar it-twelid ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Prekursur tal-Mulej – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mela x’għad ikun dan it-tifel?” (Lq 1:66) Din kienet ir-reazzjoni tan-nies meta semgħu li twieled Ġwanni l-Battista. Kienet din ir-reazzjoni, għaliex huma kienu jafu li Eliżabetta u Żakkarija kienu kbar fl-età, u Eliżabetta ma setax ikollha tfal. U għalhekk kienet diġà xi ħaġa ta’ stagħġib li twieled tifel. Imma, barra minn hekk, anke kif din saret. Żakkarija, meta rċieva l-messaġġ mill-anġlu Gabriel, f’mument minnhom ma baqax jitkellem; u meta twieled dat-tifel, Żakkarija beda jitkellem u jfaħħar lil Alla. 

 “X’għad ikun dan it-tifel?” Din kienet ir-reazzjoni, u fil-fatt kellhom raġun jaħsbu hekk għax dan kien tifel speċjali… Kompli aqra »

Quddiem il-presepju, quddiem il-maxtura ta’ Betlehem, x’atteġġjament se jkollna? – L-Arċisqof

  Dar tal-Kleru, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din it-talba sabiħa li aħna nitolbu kull filgħaxija, it-talba tal-Magnificat, tiġbor fiha l-ispirtu qaddis ta’ dawn il-jiem: “Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu” (Lq 1:20).

Aħna nixtiequ nirringrazzjaw lil Alla tal-ħniena kbira tiegħu li “ħares lejn iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu” (Lq 1:48), mhux biss lejn Marija imma lejn kull wieħed u waħda minna, ħares lejn iċ-ċokon tagħna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:1-5,8b-12,14a,16
Salm: 88 (89):2-3,4-5,27 u 29

L-Evanġelju: Lq 1:67-79

F’dak iż-żmien, Żakkarija, missier Ġwanni, imtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid: “Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna… Kompli aqra »

Appell dwar każ li jinvolvi żewġ studenti fi skola tal-Knisja

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jirreferi għall-artikli fil-media dwar il-każ ta’ żewġ aħwa li jattendu l-Kulleġġ San Albert il-Kbir. Is-Segretarjat, il-Kulleġġ u d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri ilhom jaħdmu biex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni li jinsabu fiha t-tfal msemmija. Is-Segretarjat huwa infurmat li d-Direttorat qed jagħmel dak kollu possibbli biex jindirizza din is-sitwazzjoni fl-aħjar interess tal-istudenti kif isir f’każijiet bħal dawn.

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jappella għal sensittività f’każijiet li jinvolvu minuri u persuni vulnerabbli fl-aħjar interess ta’ dawk kollha kkonċernati… Kompli aqra »