Ħsibijiet

Riżoluzzjonijiet: Issa u Kull Mument

Matul il-ġimgħa bejn il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ħadd ma jaf eżatt x’suppost għandu jagħmel. Hemm min jipprova jlaħħaq max-xiri tal-Milied filwaqt li jakkwista kemm jista’ mill-aqwa sales, oħrajn jiltaqgħu mad-diversi membri tal-familja waqt xi ikla ta’ nofsinhar jew filgħaxija, hemm min imur għal btala ta’ ftit jiem, l-istudenti jippruvaw ilaħħqu mal-istudju, waqt li l-ġenituri jistennew bil-ħerqa li uliedhom imorru lura l-iskola.

Hemm ħafna x’tagħmel waqt din il-ġimgħa, però fl-istess waqt, qisu m’hemm xejn… Kompli aqra »

Nagħmlu Spazju għall-Imħabba

Inneħħu dak li hu żejjed

Jekk qatt kont f’xi għar, taf li mhuwiex l-iktar post pjaċevoli – id-dlam, l-insetti, it-trab, iż-żibel, il-ħmieġ. Li tidħol ġo l-għerien hija avventura fiha nfisha u mhux esperjenza li kulħadd ikun jixtieq jgħaddi minnha.

Qalbi kultant tkun l-istess, mimlija fdalijiet ta’ dak li xi darba kien ħaj, memorji li qed jitmermru fl-irkejjen, u ħmieġ minsi ma’ kullimkien. Ħafna imbarazz jinġema’ ġewwa fina, u aħna nistmerru jew nistħu nħabbtu wiċċna miegħu… Kompli aqra »

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Imħabba

Ħafna drabi ninsew inħobbu.

Meta nkunu mgħaġġla u nsibu ruħna mwaħħla fit-traffiku;
meta xi ħadd iqabbiżna waqt li qed nistennew fi kju ġewwa s-supermarket;
meta dak li nkunu ordnajna jasal tard;
meta ħadd mill-Bank ma jwieġeb it-telefonati tagħna;
meta xi membru tal-familja jgħid xi kelma mhux f’lokha waqt l-ikla tal-Ħadd.

Kontinwament insibu ruħna f’sitwazzjonijiet li jqanqlu kollox ħlief l-imħabba ġewwa fina… Kompli aqra »

It-tielet Ħadd tal-Avvent – Hena

L-istaġun tal-Milied… rigali li jridu jinxtraw, nies li trid tiltaqa’ magħhom, avvenimenti li trid tmur għalihom, ikel x’tipprepara, karitajiet li trid tgħin, u ħafna iktar.

Għal xi wħud, dan hu l-isbaħ żmien tas-sena u għalkemm żgur li jġib il-ferħ , jista’ wkoll isir wisq biex dak li jkun ilaħħaq miegħu.

Filwaqt li hi ħaġa sabiħa li wieħed jipparteċipa f’dawn l-attivajiet kollha matul żmien li jlaqqgħak ma’ tant nies, kultant naċċettaw wisq affarjiet… Kompli aqra »

It-tieni Ħadd tal-Avvent – Paċi

Il-paċi.

Fejn se mmorru biex insibu l-paċi? Forsi xi wħud jgħidu fil-kampanja, waqt sessjoni tal-gym, f’xi mixja sal-quċċata ta’ muntanja, waqt logħba sportiva, waqt li qed naraw it-televiżjoni wara ġurnata twila, waqt li qed ngħumu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, jew nisimgħu l-mużika.

Tkun xi tkun is-sitwazzjoni tiegħek waqt li qed taqra dan l-artiklu, nistiednek tieħu ftit minuti u tipprova dan l-eżerċizzju… Kompli aqra »

L-ewwel Ħadd tal-Avvent – Tama

L-ewwel ġurnata ta’ sena ġdida.
L-ewwel ġurnata tal-iskola.
L-ewwel ġurnata tas-sajf.
L-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Milied.
L-ewwel Ħadd tal-Avvent.

L-ewwel ġurnata ta’ kull perjodu titqies bħala opportunità biex nagħmlu xi ħaġa ġdida; nibdew drawwa ġdida, intejbu fejn mhux tajjeb; u nagħmlu għanijiet ġodda u nżommu magħhom. Inħarsu lejn dawn il-ġranet ‘ġodda b’ċerta ħerqa għalkemm mhux għal kulħadd bl-istess mod. Hemm min iħares lejn dan iż-żmien b’mod pożittiv u jużah biex jagħti dik l-imbuttatura ħalli jsir sforz ġdid… Kompli aqra »