Il-Kelma tal-Arċisqof

Ekonomija li tagħti dinjità lill-bniedem – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza

Pontifikal statali f'Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal‑lum disgħa u ħamsin sena ilu, Malta ċċelebrat it‑twelid tagħha bħala stat sovran u indipendenti, immexxi mill‑Maltin. Għall‑ewwel darba pajjiżna ma kienx aktar dipendenti fuq deċiżjonijiet li jieħu ħaddieħor għalina. Ma bqajniex poplu maħkum, imma l‑ħakma waqgħet f’idejn il‑poplu, li kull ħames snin jagħżel lil min se jiddelega biex jeżerċita din il‑ħakma.

Bħala stat sovran, forsi illudejna ruħna li konna ħlisna darba għal dejjem minn dawk id‑dipendenzi li ma jħalluniex nikbru u nilħqu l‑milja tagħna… Kompli aqra »

Ma niddejqux nitolbu maħfra ‘l Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fl-24 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja tad-Duluri, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Pietru, f’isimna lkoll, jagħmel domanda importanti lil Ġesù; domanda li ħafna drabi fil-ħajja tagħna forsi nistaqsuha mingħajr ma rridu. Jaf inkunu nqasna xi ħadd jew ngħaddu minn mument diffiċli u mingħajr ma rridu nimtlew bir-rabja. “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” (Mt 18:21).

Fl-iskola ta’ Ġesù, Pietru qiegħed jitgħallem ikun ġeneruż għax in-numru sebgħa jfisser kwantità kbira… Kompli aqra »

“Il-korrezzjoni bit-tgħajjir ma twassal għal imkien” – L-Arċisqof

Quddiesa fit-23 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja ta' Marija Reġina, il-Marsa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Mulej Ġesù f’dan il-Ħadd ta’ matul is-sena qiegħed jistedinna biex nieħdu ħsieb xulxin u jagħtina l-eżempju ta’ meta wieħed minna jiżbalja u kif għandu jkun l-atteġġjament tagħna. Hu  jagħtina suġġeriment li nimxu bil-kalma u bil-mod. Jgħidilna: “Mur sibu waħdu u widdbu. Jekk imbagħad ma jismax ħu żewġ aħwa miegħek u jekk ma jismax mur għand il-ġemgħa, għand il-Knisja” (Mt 18:15-17)… Kompli aqra »

Jien min jien għalik? – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Arċipriet, aħna u nisimgħu l-Kelma ta’ Alla llum, nixtieq nafdalek dawn iż-żewġ kelmiet, li jsiru wkoll talba fuqek, għalik, u għall-parroċċa għażiża ta’ Ħaż-Żabbar. Xmun is-sajjied, Xmun bi Ġona, irrisponda għall-mistoqsija li għamel Ġesù lil sħabu. “Intom min tgħidu li jien?” (Mt 16:15). L-ewwel isaqsihom x’jgħid il-poplu: Min jgħidu li jien? U jsemmi diversi profeti. Imma Ġesù jinteressah dak li hemm fil-qalb ta’ kull wieħed u kull waħda minna: Imma inti, inti, min tgħid li jien? … Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: “Kemm-il darba qalbna waqfet fuq il-frugħat tad-dinja?”

Quddiesa fil-21 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Il-Kappella tal-Kunċizzjoni, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju huwa importanti għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett għal żewġ kelmiet li jintroduċi San Mattew fil-kapitlu 16. Din is-silta aħna nużawha ta’ spiss, forsi mingħajr ma naħsbu s-sinifikat tagħom.

Lil Ġesù ta’ Nazaret, bin Ġużeppi l-mastrudaxxa u Marija, ngħidulu Ġesù Kristu. ‘Kristu’ mhuwiex il-kunjom ta’ Ġesù imma huwa t-titlu li bih jagħrfu u jindikah Pietru fl-Evanġelju tal-lum… Kompli aqra »

Il-Mulej jeħilsek – L-Arċisqof

Quddiesa fis-60 anniversarju mill‑professjoni ta’ Madre Michelina Mifsud tas‑Sorijiet Agostinjani tal‑klawsura

  Il-Monasteru ta’ Santa Katerina, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù juża żewġ tixbihat fl-Evanġelju li għadna kemm smajna: it-tixbiha tal-imfietaħ u t-tixbiha tal-blata. L-imfietaħ huma dawk li jagħtuna aċċess, li jiftħulna ambjent, imma huma wkoll għodda biex issakkar. Hu jagħti din il-qawwa, il-qawwa tal-imfietaħ, lill-Knisja fil-persuna ta’ Pietru. Aħna, meta nqimu u nagħtu proprju ubbidjenza lill-ministeru tal-Papa, is-suċċessur ta’ San Pietru, nagħmlu hekk għax hu qiegħed jeżerċita poter, qawwa spiritwali f’isem il-Knisja… Kompli aqra »

Inkunu ta’ sapport għal xulxin fis-saħħa mentali – L-Arċisqof

Il-Quddiesa tal-20 Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja ta’ Ommna Marija tal-Parir it-Tajjeb, Paceville

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dari dar it-talb tissejjaħ għall-popli kollha” (Iż 56:7). Din hija l-profezija minn Iżaija li qrajna llum u li tixraq ħafna wkoll għal din l-okkażjoni li fiha qegħdin niċċelebraw il-50 anniversarju mit-tberik ta’ din il-knisja. Hija dar it-talb, hija dar il-Mulej. U tissejjaħ hekk għall-popli kollha.

Fid-dawl tal-Evanġelju li għadna kemm smajna, nifhmu li meta Isaija jifhem: “il-popli kollha” qed jinkludi mhux biss lil ħutu l-Lhud imma wkoll lil dawk li ġejjin mill-ġnus… Kompli aqra »

L-umiltà tal-Madonna tgħallimna ma naqtgħux qalbna quddiem il-limiti tagħna – L-Arċisqof f’Santa Marija

  Il-Bażilka Minura ta' Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!” (Lq 1:42). Imbierka inti fost in-nisa għaliex għalina inti sirt sinjal tal-fidi li għaddewlna l-appostli, “għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f’Adam, hekk ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu. Imma kulħadd skont kif imissu” (1Kor 22-23).

Aħna u nammiraw I l-kwadru titulari inkurunat li ħareġ mill-ġenju ta’ Stefano Erardi fis-seklu 17, ninnutaw mhux biss il-figura sabiħa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema, imma wkoll grupp ta’ rġiel, l-appostli, miġbura madwar il-qabar tagħha… Kompli aqra »

Aħna meħlusa mid-dnub bil-fidwa li ġabilna l-Mulej – L-Arċisqof fl-400 anniversarju mit-twaqqif tal-Kapitlu Katidrali f’Għawdex

Quddiesa fil-Katidral ta’ Sidtna Marija Mtellgħa fis-Sema, ir-Rabat, Għawdex

Mill-folla jinstema’ leħen li jbierek is-sider ta’ Marija u l-ġuf tagħha. Ġesù, dan il-kliem japprezzah, kliem ta’ ġieħ lill-omm li ġabitu fid-dinja, imma japprezza wkoll f’ommu l-ubbidjenza lejn il-Kelma ta’ Alla. “Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1:38) Dawn il-kliem jiġbru l-ħajja ta’ Sidtna Marija, l-ispiritwalità tagħha, l-eżempju tagħha għalina. “Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1:38) Tgħidlu hekk, xebba rżina ta’ madwar sittax-il sena, meta tilqa’ l-proposta li ssir omm Alla; tgħidlu hekk taħt is-salib ta’ Binha – “Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej” (Lq 1:38)… Kompli aqra »

Ejjew nitgħallmu minn San Gejtanu kif nittamaw f’Alla – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Gejtanu, fil-Ħamrun

Festa Titulari

  Knisja Arċipretali San Gejtanu, il-Ħamrun

“Fittxu l-ewwel is-Saltna ta’ Alla.” Din il-frażi mill-Evanġelju li għadna kemm smajna, li qara l-Arċipriet mill-Evanġelju skont San Mattew, tiġbor l-ispiritwalità ta’ San Gejtanu. Huwa messaġġ li intom tant intom midħla tiegħu għaliex f’ħafna ikonografija ta’ San Gejtanu din il-kelma ‘quaerite regnum Dei’ jew inkella ‘fittxu s-saltna ta’ Alla’ insibuha prattikament dejjem u kullimkien.

San Gejtanu fittex is-Saltna ta’ Alla billi fehem x’inhi… Kompli aqra »