Ġesù jipprova jippurifikana minn dir-reliġjon tat-tpartit – L-Arċisqof
Quddiesa fit-Tielet Ħadd tar-Randan
03/03/2024 Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp, il-KalkaraL-episodju li għadna kemm smajna hu episodju tant importanti fil-ħajja ta’ Ġesù li nsibuh fl-erba’ evanġelji. Mhux kollox insibu fl-erba’ evanġelji imma hemm ċerti affarijiet bħall-mewt ta’ Ġesù, il-qawmien tiegħu mill-imwiet li huma tant importanti li nsibuhom fl-Evanġelju ta’ San Mattew, ta’ San Mark, ta’ San Luqa u ta’ San Ġwann.
Din is-silta li għadna kemm smajna hi mill-Evanġelju skont San Ġwann. Id-differenza bejn l-evanġelji hi meta jpoġġu dan l-inċident… Kompli aqra »