Il-Papa fl-Angelus: Alla tagħna hu komunjoni ta’ mħabba
Is-Solennità tat-Trinità Qaddisa
04/06/2023 Pjazza San Pietru, il-VatikanGħeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
Illum, Solennità tat-Trinità Qaddisa, l-Evanġelju meħud mid-djalogu bejn Ġesù u Nikodemu (ara Ġw 3:16-18). Nikodemu kien membru tas-Sinedriju, ħerqan bi ħrara kbira għall-misteru ta’ Alla: f’Ġesù jara mgħallem divin u, bil-moħbi, billejl, imur ikellmu. Ġesù jisimgħu, jifhem li dan bniedem qed ifittex u għalhekk l-ewwel iħallih mistgħaġeb meta jwieġbu li biex wieħed jidħol fis-Saltna t’Alla hemm bżonn jitwieled mill-ġdid; imbagħad jikxiflu l-misteru u jgħidlu li Alla tant ħabb lill-umanità li bagħat lil Ibnu fid-dinja. Għalhekk, Ġesù, l-Iben, ikellimna dwar il-Missier u dwar l-imħabba bla qies tiegħu… Kompli aqra »